Back to top

ADULTI

Ħu sehem fl-avvenimenti li jorganizza l-mużew fuq bażi regolari u għix l-istorja bħala sors bla tmiem ta' dibattiti, inkontri u ispirazzjoni.

Kull sena nieħdu sehem f'avvenimenti ddedikati għall-mużewijiet ta' Brussell, organizzati primarjament mill-Brussels Museums Council, u nikkontribwixxu għall-avvenimenti tal-Parlament Ewropew u l-istituzzjonijiet tal-UE li jkunu miftuħin għal udjenza ġenerali. Tinsiex ukoll is-sensiela annwali ta' dibattiti dwar l-istorja u programmi pubbliċi mfassla apposta għall-wirjiet temporanji tagħna. Naħdmu ma' firxa wiesgħa ta' kollaboraturi fl-oqsma tal-istorja, il-wirt u l-kultura biex inwessgħu u narrikkixxu l-offerta tal-avvenimenti tagħna.

Skopri x'tip ta' avvenimenti noffru u segwi l-link t'hawn taħt biex tara x'hemm ippjanat:

  • Żjarat tematiċi, laqgħat mal-kuraturi, żjarat "carte blanche" – It-tim u l-esperti ta' Dar l-Istorja Ewropea jagħtu tagħrif dwar il-ħidma tal-mużew u l-missjoni speċjali tiegħu, dik li jirrakkonta l-istorja Ewropea u jesplora diversi perspettivi u esperjenzi minn ġenerazzjonijiet preċedenti.
     
  • Konferenzi, dibattiti, korsijiet – Kelliema mistiedna u ċittadini ordinarji jesploraw l-istorja tal-Ewropa u l-mod kif inhi ppreżentata fil-wirjiet permanenti u temporanji, b'enfasi fuq il-konnessjonijiet maż-żminijiet tal-lum.
     
  • Workshops kreattivi, spettakli artistiċi, wiri ta' films – Professjonisti mill-qasam kreattiv jiġu mistiedna jesploraw il-punt fejn jiltaqgħu l-istorja u l-arti, u jipproponu modi mhux tas-soltu ta' kif wieħed jassorbi l-kontenut tal-mużew.