Back to top

Nhar ta' Tlieta: żjara f'Dar l-Istorja Ewropea fil-brejk ta' nofsinhar

AVVENIMENTI LI ĠEJJIN
19 Novembru 2019 (12:15 - 13:00)
26 Novembru 2019 (12:15 - 13:00)
3 Diċembru 2019 (12:15 - 13:00)
Tip ta' avveniment: 
Żjarat
Event Category: 
Our Events
Udjenza: 
Adulti , Żgħażagħ, Familji, Skejjel
Lingwa tal-avveniment: 
English

Dar l-Istorja Ewropea toffri vjaġġ interessanti u stimulanti tul l-istorja tal-Ewropa. Ejja waqt il-brejk ta' nofsinhar u skopri l-wirjiet permanenti u temporanji l-ġodda. Permezz ta' gwida, tiskopri oġġetti li jirrakkontaw il-proċessi u l-fenomeni li sawru l-kontinent. F'perkors ta' sitt sulari tgħix l-istorja Ewropea bħal qatt qabel!

Mhux disponibbli nhar it-Tlieta 23 ta’ April u nhar it-Tlieta 24 ta’ Diċembru.

  • Nhar ta' Tlieta fil-12.15
  • 45 minuta
  • Lingwa: Ingliż
  • Massimu ta' 20 persuna, m'hemmx bżonn tibbukkja
  • Dħul b'xejn

     

    Awwissu

    Lura għal għonq it-triq

    Nippakkjaw il-bagalji, nerħulha għal għonq it-triq, naraw x'għandha x'toffri l-Ewropa, u nħarsu lura lejn it-tifkiriet. Ara fejn, kif u għaliex l-Ewropej kienu jivvjaġġaw fl-imgħoddi.

    6 ta' Awwissu

    Nippakkjaw għall-vaganzi

    X'tieħu miegħek meta tmur vaganza? Inqallbu fil-wirja u nippakkjaw il-bagalji bl-affarijiet kollha li ma nistgħux ngħaddu mingħajrhom.

    13 ta' Awwissu

    Wasalna?

    Ajruplani, ferroviji, karozzi u roti! Vjaġġ tul l-istorja tat-trasport u l-moviment liberu (jew in-nuqqas tiegħu).

    20 ta' Awwissu

    Tlaqna nduru!

    Skoperti, esperjenzi u pjaċir! L-Ewropej minn dejjem kienu jqattgħu l-vaganzi bil-mod kif jagħmlu llum?

    27 ta' Awwissu

    Tiftakar meta...?

    X'tip ta' oġġetti u souvenirs – mill-vjaġġi jew mod ieħor – kienu jżommu u jgħożżu l-Ewropej tal-imgħoddi? U għalik? X'inhu importanti li tiftakar?

    Settembru

    Fuq 9

    Ingħaqad magħna fi vjaġġ lura fiż-żmien bejn l-1789 u l-1989, jew issorprendi ruħek u ħalli disa' passi jiddeċiedu x'oġġetti niskopru fil-wirja.

    3 ta' Settembru

    19x9

    Skopri r-rivoluzzjonijiet differenti li seħħew tul iż-żmien. Ingħaqad magħna f'dan il-vjaġġ ta' rivoluzzjonijiet bejn l-1789 u l-1989.

    10 ta' Settembru

    19x9

    L-aħħar sena ta' seklu hija l-aktar waħda interessanti! Ejja nqallbu tul is-sekli fil-mużew u niskopru t-tranżizzjoni minn seklu għal ieħor.

    17 ta' Settembru

    19x9

    Skopri oġġetti differenti relatati man-numru 9 fil-mużew. Kollox idur man-numru 9.

    24 ta' Settembru

    19x9

    Inħallu d-dada "tiddeċiedi" l-waqfa li jmiss fil-wirja tagħna. Madankollu, b'din id-dada speċjali, 9 passi se jkun hemm żgur!

    Ottubru

    Ideat, kunċetti u valuri

    Għalkemm ħafna mill-oġġetti tagħna jistgħu jidhru bħala biċċiet tal-ħwejjeġ, ċekċik jew affarijiet personali oħra minsijin u insinifikanti, ilkoll jirrakkontaw parti minn storja itwal ta' ideat, kunċetti u valuri importanti. Fiż-żjarat ta' dan ix-xahar immorru lil hinn mill-oġġetti u nistudjaw l-istampa kollha.

    1 ta' Ottubru

    Żmien

    B'dal-vjaġġ profond fil-passat nisfidawk terġa' tara kif taħsibha dwar l-arloġġi, il-kalendarji u saħanistra ż-żmien innifsu. Tluq fil-12.15 bumm!

    8 ta' Ottubru

    Skiet

    F'dinja ta' storbju kostanti, infittxu stejjer dwar is-skiet fl-irkejjen kwieti tal-wirja... Shhh!

    15 ta' Ottubru

    Ġustizzja

    Xi tfisser għalik il-ġustizzja? U l-Ewropej tal-imgħoddi kellhom l-istess valuri tiegħek jew jemmnu affarijiet totalment differenti? Niddikjaraw is-seduta miftuħa!

    22 ta' Ottubru

    Tifkiriet u tnessija

    Tajjeb li ninsew? Jew irridu niftakru biex nimxu 'l quddiem? Ingħaqad magħna għal diskussjoni dwar x'għandna nagħmlu bil-passat.

    29 ta' Ottubru

    Vjolenza

    Bi tranżizzjoni għas-suġġett tax-xahar id-dieħel, ninvestigaw ir-rwol tal-vjolenza fl-istorja moderna Ewropea u r-relazzjoni tagħha mas-setgħa u l-oppressjoni.

    Novembru

    Setgħa ↑

    Is-setgħa li tipproduċi. Is-setgħa li tfejjaq. Setgħa lill-poplu. Ħu brejk mir-rutina ta' kuljum u ġib l-enerġija minn dawn iż-żjarat dwar in-natura varjata tas-setgħa.

    5 ta' Novembru

    Riżorsi umani u naturali

    L-enerġija u x-xogħol, mill-iskjavitù għall-qgħad. Niddiskutu l-iżvilupp tal-poter u l-awtomatizzazzjoni u s-sinifikat tiegħu għall-Ewropej u d-dinja ta' madwarhom.

    12 ta' Novembru

    Ungerija: 1956

    Wara l-mewt ta' Stalin, il-poplu Ungeriż beda jibni tip differenti ta' soċjaliżmu, biex imbagħad ra dawn ir-riformi jispiċċaw fix-xejn bil-vjolenza. X'kien ifisser dan l-avveniment għall-Ungerija u għall-bqija tal-Ewropa?

    19 ta' Novembru

    Imbarazz!

    Nagħtu ħarsa lejn il-ħafna affarijiet li nwarrbu. X'inhu l-iskart? Kif jaffettwa d-dinja tagħna? U fejn insibuh fil-mużew?

    26 ta' Novembru

    Doża tajba

    M'intix tħossok f'sikktek? Ordni tat-tabib: żjara tul l-istorja tal-kura tas-saħħa u l-mediċina fl-Ewropa, minn Eastman għall-mediċina soċjalizzata.

    Diċembru

    Dlam u dawl

    L-istorja Ewropea hija mimlija skoperti, kreazzjonijiet u progress, iżda anki katastrofi terribbli u delitti orribbli. F'Diċembru naraw iż-żewġ naħat tal-munita u nagħlqu s-sena billi nagħtu ħarsa lejn dawn it-tnax-il xahar.

    3 ta' Diċembru

    Is-siegħa tad-dlamijiet

    F'din iż-żjara naraw xi wħud mill-agħar avvenimenti li għexu l-Ewropej matul is-seklu 20.

    10 ta' Diċembru

    U d-dawl sar

    Niċċelebraw Jum id-Drittijiet tal-Bniedem u l-progress li sar fil-ħarsien tad-drittijiet tan-nisa, it-tfal u l-minoranzi.

    17 ta' Diċembru

    Ħarsa lejn l-2019

    Il-Brexit, l-elezzjonijiet Ewropej u int: dis-sena kienet waħda ta' tama jew disprament?

    24 ta' Diċembru

    [magħluqin]

     

    31 ta' Diċembru

    [magħluqin]