Back to top

Nhar ta' Tlieta: żjara f'Dar l-Istorja Ewropea fil-brejk ta' nofsinhar (L-ATTIVITÀ SOSPIŻA)

AVVENIMENTI LI ĠEJJIN
14 April 2020 (12:15 - 13:00)
21 April 2020 (12:15 - 13:00)
28 April 2020 (12:15 - 13:00)
Tip ta' avveniment: 
Żjarat
Event Category: 
Our Events
Udjenza: 
Adulti , Żgħażagħ, Familji, Skejjel
Lingwa tal-avveniment: 
English

Dar l-Istorja Ewropea toffri vjaġġ interessanti u stimulanti tul l-istorja tal-Ewropa. Ejja waqt il-brejk ta' nofsinhar u skopri l-wirjiet permanenti u temporanji l-ġodda. Permezz ta' gwida, tiskopri oġġetti li jirrakkontaw il-proċessi u l-fenomeni li sawru l-kontinent. F'perkors ta' sitt sulari tgħix l-istorja Ewropea bħal qatt qabel!

  • Nhar ta' Tlieta fil-12.15
  • 45 minuta
  • Lingwa: Ingliż
  • Massimu ta' 20 persuna, m'hemmx bżonn tibbukkja
  • Dħul b'xejn
JannarXahar ta' riflessjoni

Nibdew is-sena billi nirriflettu fuq il-qagħda li kienu fiha l-Ewropej ta' 100 sena ilu fil-bidu ta' sena ġdida. Fl-aħħar tax-xahar, nieqfu u nirriflettu fuq l-aktar avveniment importanti fl-istorja tal-Ewropa.

is-7 ta' JannarSena ġdida, bidu ġdid!

Ibda s-sena billi tqabbel ir-riżoluzzjonijiet tiegħek ma' kif l-Ewropej tal-imgħoddi ppruvaw jinbidlu u jibdlu ħajjithom.

l-14 ta' Jannar1920: Wara l-Gwerra l-Kbira

Il-gwerra x'kienet fissret għall-Ewropej? U kienet spiċċat tassew? Nagħtu ħarsa lejn l-esperjenzi li għaqqdu u firdu lill-Ewropej fis-snin ta' wara l-1918.

il-21 ta' Jannar1920: Deċennju ġdidInsa l-gwerra! Ingħaqad magħna, aħna u nixxalaw bil-pjaċiri innovattivi u provokattivi tal-għoxrinijiet. Viva d-dbielet tal-banana!
it-28 ta' JannarJum ta' tifkira tal-OlokawstIrrifletti, irrispondi, ftakar. Żjara f'ħin l-ikla ta' nofsinhar dwar mument deċiżiv għall-Ewropa bħala post u bħala idea.

Frar

L-imħabba <3

Ir-rebbiegħa wara l-bieb u fil-madwar tinstema' tidwi għanja ta' mħabba, saħansitra fil-mużew! Ingħaqad magħna għal żjara f'ħin l-ikla ta' nofsinhar u imla mnifsejk bl-imħabba ħelwa u morra li tfawwar l-istorja tal-Ewropa.

l-4 ta' FrarL-imħabba fl-era tan-nazzjonijiet Tħobbu 'l pajjiżek? Nesploraw l-istorja tal-imħabba lejn in-nazzjon u t-tifsira tagħha għall-Ewropa.
il-11 ta' FrarJum San ValentinuIl-wirjiet tagħna mimlijin stejjer u tifkiriet ta' mħabba! Ejja tgħaxxaq bl-istorja tal-Ewropa u ħu sehem fl-istħarriġ speċjali tagħna dwar l-imħabba.
it-18 ta' FrarTħobbha 'l-UE?Tul is-snin, il-proġett Ewropew qala' biżżejjed tifħir u kritika. Inti ma' liema fehmiet storiċi taqbel?
il-25 ta' FrarEwropej li tħobbu l-mużewijiet, ingħaqdu!Ejja ttawwal wara l-kwinti ta' Dar l-Istorja Ewropea u skopri xi wħud mis-sigrieti tal-mużew.
MarzuFtit minn kolloxDan ix-xahar inkopru għadd ta' suġġetti diversi, mid-drittijiet tan-nisa għall-politika transnazzjonali.
it-3 ta' MarzuIr-relazzjonijiet bejn l-UE u l-Istati UnitiHekk kif qed isiru l-elezzjonijiet primarji fl-Istati Uniti, nirriflettu fuq kif ir-relazzjonijiet bejn l-Ewropa u l-Istati Uniti żviluppaw tul is-snin.
l-10 ta' MarzuId-drittijiet tan-nisaFl-okkażjoni tal-Jum Internazzjonali tan-Nisa, nagħtu ħarsa lejn l-istorja tad-drittijiet tan-nisa fl-Ewropa.
is-17 ta' MarzuL-integrazzjoni EwropeaNagħtu ħarsa lejn l-iżvilupp tal-integrazzjoni Ewropea sa mill-1989, u nippruvaw nispjegaw xi wħud mill-fenomeni politiċi fl-Ewropa tal-lum.
l-24 ta' MarzuIl-letteratura fl-EwropaX'inhu r-rwol tal-letteratura fl-Ewropa, u x'inhu s-sinifikat kulturali tagħha?
il-31 ta' MarzuIl-lingwi fl-EwropaL-Ewropa għandha aktar minn 300 lingwa u l-UE għandha 24 lingwa uffiċjali. Din id-diversità lingwistika xi tfisser għall-Ewropa?
AprilĠejjin l-eżamijiet!Fil-parti l-kbira tal-pajjiżi Ewropej, l-eżamijiet tal-iskola nazzjonali jibdew f'Mejju. F'April, nippreparaw għat-test billi nħarsu lejn għadd ta' suġġetti storiċi relatati mal-edukazzjoni.
is-7 ta' AprilKlassi tal-kitbaL-Ewropej kif esprimew ruħhom tul is-sekli?
l-14 ta' AprilIx-xjenza u t-teknoloġijaIx-xjenza u t-teknoloġija kif għenu lin-nazzjonijiet Ewropej isiru superpotenzi fi tmiem is-seklu 19?
il-21 ta' AprilKlassi tat-tisjirX'inhi l-istorja tal-ikel fl-Ewropa? Dejjem kien hemm biżżejjed x'tiekol fl-Ewropa?
it-28 ta' AprilBarra mill-kurrikuluL-Ewropej kif kienu jitgħallmu f'kuntesti formali jew informali fl-imgħoddi?
Mejju75 sena minn tmiem it-Tieni Gwerra DinjijaIt-tieni Gwerra Dinjija uffiċjalment intemmet f'Mejju 1945, 75 sena ilu. Dan ix-xahar, inħarsu lejn il-gwerra u x'kienet tfisser minn perspettivi differenti.
il-5 ta' MejjuIkla tal-libertàPoġġi fil-gallerija, kul bukkun bnin u tkellem ma' viżitaturi oħra dwar suġġetti ta' rilevanza għall-imgħoddi u għall-preżent, bħal-libertà jew in-nuqqas tagħha.
it-12 ta' MejjuIl-bidu u l-kawżi tat-Tieni Gwerra Dinjija 
id-19 ta' MejjuL-attakk fuq il-minoranzi 
is-26 ta' MejjuIt-tmiem u l-konsegwenzi tat-Tieni Gwerra Dinjija 
ĠunjuFoloz!Dan ix-xahar jagħti bidu għall-wirja temporanja ġdida tagħna: Foloz! Ejja u esplora s-suġġett tal-foloz u l-falsifikazzjonijiet tul l-istorja Ewropea!
it-2 ta' ĠunjuBejn il-falz u r-realiX'tipi differenti ta' oġġetti qed tara fil-Wirja Permanenti? Taħseb li huma reali, jew foloz?
id-9 ta' ĠunjuIltaqa' mal-kuraturEsplora l-wirja temporanja ġdida tagħna u aħtaf iċ-ċans li tistaqsi lil wieħed jew waħda mill-kuraturi tagħna dwar kif twaqqfet il-wirja!
is-16 ta' ĠunjuIltaqa' mal-kuraturEsplora l-wirja temporanja ġdida tagħna u aħtaf iċ-ċans li tistaqsi lil wieħed jew waħda mill-kuraturi tagħna dwar kif twaqqfet il-wirja!
it-23 ta' ĠunjuIltaqa' mal-edukaturEsplora l-wirja temporanja ġdida tagħna u aħtaf iċ-ċans li tistaqsi lil wieħed jew waħda mill-edukaturi tagħna dwar l-attivitajiet edukattivi li l-mużew joffri!
it-30 ta' ĠunjuIltaqa' mal-edukaturEsplora l-wirja temporanja ġdida tagħna u aħtaf iċ-ċans li tistaqsi lil wieħed jew waħda mill-edukaturi tagħna dwar l-attivitajiet edukattivi li l-mużew joffri!
LuljuDestinazzjoni: Mhux magħrufa Aqbeż qabża fil-karozza u ddeċiedi liema belt Ewropea se nżuru! Lvant jew Punent, vaganza barra fit-tul jew qasira fejn toqgħod – agħżel int!
is-7 ta' Luljueż. BrussellBrussell, il- "belt kapitali" tal-Unjoni Ewropea! Iżda din il-belt antika għandha iktar x'toffri, apparti milli hija s-sede tal-Parlament Ewropew?
l-14 ta' Luljueż. BudapestFil-qalba tal-Ewropa, Budapest kienet fiċ-ċentru ta' bosta ġrajjiet storiċi importanti. Ejja u skopri l-kultura u d-drama li sawru din il-belt kbira.
il-21 ta' LuljuIl-Mużew magħluq – btala tal-jum nazzjonali tal-Belġju 
it-28 ta' Luljueż. PariġiPariġi destinazzjoni perenni għall-Ewropej tul iż-żminijiet – darba wara l-oħra, nitilfu l-għaqal warajha din il-belt. Il-belt tal-imħabba, tal-kafejiet u tar-rivoluzzjonijiet tistenniena.
AwwissuLura għal għonq it-triq Nippakkjaw il-bagalji, nerħulha għal għonq it-triq, naraw x'għandha x'toffri l-Ewropa, u ngħożżu t-tifkiriet sbieħ. Ejja u ara fejn, kif u għaliex l-Ewropej kienu jivvjaġġaw fl-imgħoddi.
l-4 ta' AwwissuNippakkjaw għall-vaganziX'tieħu miegħek meta tmur vaganza? Inqallbu fil-wirja u nippakkjaw il-bagalji bl-affarijiet kollha li ma nistgħux ngħaddu mingħajrhom.
il-11 ta' AwwissuWasalna?Ajruplani, ferroviji, karozzi u roti! Vjaġġ tul l-istorja tat-trasport u l-moviment liberu (jew in-nuqqas tiegħu).
it-18 ta' AwwissuTlaqna nduru dawra!Jesploraw, jesperjenzaw u jieħdu gost! L-Ewropej minn dejjem kienu jqattgħu l-vaganzi bil-mod kif jagħmlu llum?
il-25 ta' AwwissuTiftakar meta...?Liema tifkiriet u souvenirs kienu jżommu u jgħożżu l-Ewropej tal-imgħoddi? X'inhuma l-memorji li huma importanti għalik?
SettembruDak in-numru 9!Ingħaqad magħna fi vjaġġ lura fiż-żmien bejn l-1919 u l-1989, jew issorprendi ruħek u ħalli disa' passi jiddeċiedu x'oġġetti niskopru fil-wirja.
l-1 ta' Settembru19x9X'ġara fil-bidu tat-Tieni Gwerra Dinjija fil-Polonja, fl-1 ta' Settembru 1939?
it-8 ta' Settembru19x9Skopri rivoluzzjonijiet differenti li seħħew tul iż-żmien. Ingħaqad magħna f'dan il-vjaġġ ta' rivoluzzjonijiet bejn l-1789 u l-1989.
il-15 ta' Settembru19x9Skopri oġġetti differenti relatati man-numru 9 fil-mużew. Kollox idur man-numru 9.
it-22 ta' Settembru19x9Inħallu d-dada "tiddeċiedi" l-waqfa li jmiss fil-wirja tagħna. Madankollu, b'din id-dada speċjali, żgur se tmidd 9 passi!
id-29 ta' Settembru19x9Ejja nqallbu s-sekli fil-mużew u niskopru t-tranżizzjoni minn seklu għal ieħor.
OttubruIdeat, kunċetti u valuriGħalkemm ħafna mill-oġġetti fil-wirja jistgħu jidhru bħala biċċiet tal-ħwejjeġ, ċekċik jew affarijiet personali oħra minsijin u insinifikanti, ilkoll jirrakkontaw parti minn storja usa' ta' ideat, kunċetti u valuri importanti. Fiż-żjarat ta' dan ix-xahar inħarsu lil hinn minn dawn l-oġġetti u niddiskutu l-istampa kollha.
is-6 ta' OttubruIs-skietF'dinja ta' storbju kostanti, infittxu stejjer dwar is-skiet fl-irkejjen kwieti tal-wirja... Xxxx!
it-13 ta' OttubruIż-żmienAgħmel vjaġġ fl-imgħoddi mbiegħed biex iġġedded il-mod kif taħsibha dwar l-arloġġi, il-kalendarji u saħansitra ż-żmien innifsu. Tluq fil-12.15 bumm!
l-20 ta' OttubruTifkiriet u tnessija Tajjeb li ninsew? Jew irridu niftakru biex nimxu 'l quddiem? Ingħaqad magħna għal diskussjoni dwar x'għandna nagħmlu bl-imgħoddi.
is-27 ta' OttubruIl-vjolenzaBi tranżizzjoni għas-suġġett tax-xahar id-dieħel, ninvestigaw ir-rwol tal-vjolenza fl-istorja Ewropea moderna u r-relazzjoni tagħha mas-setgħa u mal-oppressjoni.
NovembruSetgħaIs-setgħa li tipproduċi. Is-setgħa li tfejjaq. Setgħa lill-poplu. Ħu brejk mir-rutina ta' kuljum u ċċarġja l-enerġija b'dawn iż-żjarat dwar in-natura varjata tas-setgħa.
it-3 ta' NovembruIr-riżorsi umani u dawk naturaliL-enerġija u x-xogħol, mill-iskjavitù għall-qgħad. Niddiskutu l-iżvilupp tal-qawwa u l-awtomatizzazzjoni u s-sinifikat tagħhom għall-Ewropej u d-dinja ta' madwarhom.
l-10 ta' NovembruL-Ungerija 1956Wara l-mewt ta' Stalin, il-poplu Ungeriż beda jibni tip differenti ta' soċjaliżmu, biex imbagħad ra dawn ir-riformi jixxejnu bil-vjolenza. X'kien ifisser dan l-avveniment għall-Ungerija u għall-bqija tal-Ewropa?
is-17 ta' NovembruImbarazz!Nagħtu ħarsa lejn il-ħafna affarijiet li narmu. X'inhu l-iskart? Kif jaffettwa d-dinja tagħna? U fejn insibuh fil-mużew?
l-24 ta' NovembruDoża tajbaM'intix tħossok f'sikktek? Ordni tat-tabib: dur dawra mal l-istorja tal-kura tas-saħħa u l-mediċina fl-Ewropa, minn Eastman għall-mediċina soċjalizzata.
DiċembruDlam u dawlDan ix-xahar nagħtu ħarsa lura fuq is-sena li waslet biex tintemm. X'tip ta' sena kienet? Pożittiva? Negattiva? Ejja u ddiskuti magħna.
l-1 ta' DiċembruIl-ġustizzjaXi tfisser għalik il-ġustizzja? L-Ewropej tal-imgħoddi kellhom l-istess valuri tiegħek jew kienu jemmnu affarijiet totalment differenti? Niddikjaraw is-seduta miftuħa!
it-8 ta' DiċembruŻminijiet mudlamaF'din iż-żjara naraw xi wħud mill-agħar ġrajjiet li għexu l-Ewropej matul is-seklu 20.
il-15 ta' DiċembruŻminijiet imdawlaNiċċelebraw Jum id-Drittijiet tal-Bniedem u l-progress li sar fil-ħarsien tad-drittijiet tan-nisa, it-tfal u l-minoranzi.
it-22 ta' DiċembruĦarsa lura fuq l-2020Nagħtu ħarsa oġġettiva lejn dak li ġara fl-2020, minn perspettiva Ewropea. Kienet sena ta' progress? Nogħdsu fl-istorja u fl-isfond tal-ġrajjiet tal-lum fl-Ewropa.
id-29 ta' DiċembruIl-Mużew magħluq