Back to top

Nhar ta' Tlieta: żjara f'Dar l-Istorja Ewropea fil-brejk ta' nofsinhar

AVVENIMENTI LI ĠEJJIN
28 Jan 2020 (12:15 - 13:00)
4 Frar 2020 (12:15 - 13:00)
11 Frar 2020 (12:15 - 13:00)
Tip ta' avveniment: 
Żjarat
Event Category: 
Our Events
Udjenza: 
Adulti , Żgħażagħ, Familji, Skejjel
Lingwa tal-avveniment: 
English

Dar l-Istorja Ewropea toffri vjaġġ interessanti u stimulanti tul l-istorja tal-Ewropa. Ejja waqt il-brejk ta' nofsinhar u skopri l-wirjiet permanenti u temporanji l-ġodda. Permezz ta' gwida, tiskopri oġġetti li jirrakkontaw il-proċessi u l-fenomeni li sawru l-kontinent. F'perkors ta' sitt sulari tgħix l-istorja Ewropea bħal qatt qabel!

  • Nhar ta' Tlieta fil-12.15
  • 45 minuta
  • Lingwa: Ingliż
  • Massimu ta' 20 persuna, m'hemmx bżonn tibbukkja
  • Dħul b'xejn
JannarXahar ta' riflessjoni

Nibdew is-sena billi nirriflettu fuq il-qagħda li kienu fiha l-Ewropej ta' 100 sena ilu fil-bidu ta' sena ġdida. Fl-aħħar tax-xahar, nieqfu u nirriflettu fuq l-aktar avveniment importanti fl-istorja tal-Ewropa.

7 JannarSena ġdida, bidu ġdid!

Ibda s-sena billi tqabbel ir-riżoluzzjonijiet tiegħek ma' kif l-Ewropej tal-imgħoddi ppruvaw jinbidlu u jibdlu ħajjithom.

14 Jannar1920: Wara l-Gwerra l-Kbira

Il-gwerra x'kienet fissret għall-Ewropej? U kienet spiċċat tassew? Nagħtu ħarsa lejn l-esperjenzi li għaqqdu u firdu lill-Ewropej fis-snin ta' wara l-1918.

21 Jannar1920: Deċennju ġdidInsa l-gwerra! Ingħaqad magħna, aħna u nixxalaw bil-pjaċiri innovattivi u provokattivi tal-għoxrinijiet. Viva d-dbielet tal-banana!
28 JannarJum ta' tifkira tal-OlokawstIrrifletti, irrispondi, ftakar. Żjara f'ħin l-ikla ta' nofsinhar dwar mument deċiżiv għall-Ewropa bħala post u bħala idea.

Frar

L-imħabba <3

Ir-rebbiegħa wara l-bieb u fil-madwar tinstema' tidwi għanja ta' mħabba, saħansitra fil-mużew! Ingħaqad magħna għal żjara f'ħin l-ikla ta' nofsinhar u imla mnifsejk bl-imħabba ħelwa u morra li tfawwar l-istorja tal-Ewropa.

4 FrarL-imħabba fl-era tan-nazzjonijiet Tħobbu 'l pajjiżek? Nesploraw l-istorja tal-imħabba lejn in-nazzjon u t-tifsira tagħha għall-Ewropa.
11 FrarJum San ValentinuIl-wirjiet tagħna mimlijin stejjer u tifkiriet ta' mħabba! Ejja tgħaxxaq bl-istorja tal-Ewropa u ħu sehem fl-istħarriġ speċjali tagħna dwar l-imħabba.
18 FrarTħobbha 'l-UE?Tul is-snin, il-proġett Ewropew qala' biżżejjed tifħir u kritika. Inti ma' liema fehmiet storiċi taqbel?
25 FrarEwropej li tħobbu l-mużewijiet, ingħaqdu!Ejja ttawwal wara l-kwinti ta' Dar l-Istorja Ewropea u skopri xi wħud mis-sigrieti tal-mużew.