Back to top

EDUKATURI U GĦALLIEMA

Dar l-Istorja Ewropea hija post għalik u għall-istudenti tiegħek. Dan il-mużew jinforma, jikkontesta, jirrifletti, iżda fuq kollox jippermetti li dak li jkun jistaqsi mistoqsijiet u jitgħallem dwar l-istorja. Element ewlieni tal-approċċ tagħna għat-tagħlim huwa esplorazzjoni u valutazzjoni tar-rwol influwenti tal-istorja fid-dinja moderna tagħna.

Aħna żviluppajna firxa ta' riżorsi edukattivi adatti għall-ħtiġijiet ta' persuni ta' etajiet differenti u b'ħiliet ta' tagħlim differenti. Għandna offerta online estensiva biex int tkun tista' tuża l-materjal ta' tagħlim tagħna fil-klassi tiegħek tkun fejn tkun. Agħti daqqa t'għajn lill-paġni li ġejjin u ara liema alternattivi jistgħu jkunu l-aktar xierqa għalik u għall-istudenti tiegħek.

ATTIVITAJIET GĦALL-KLASSI TIEGĦEK

Fittex fil-firxa wiesgħa ta' pjanijiet ta' lezzjonijiet bla ħlas disponibbli bl-24 lingwa uffiċjali tal-UE. Ir-riżorsi tagħna jkopru diversi oqsma tal-kollezzjoni ta' Dar l-Istorja Ewropea u l-programm ta' wirjiet varjat tagħna. Esplora l-istruttura flessibbli tagħhom u użahom fil-klassi, jew...

ŻJARAT GWIDATI U SESSJONIJIET TA' ĦIDMA

Ħu kemm tista' miż-żjara tiegħek permezz tal-għażla estensiva ta' sessjonijiet ta' ħidma, avvenimenti, taħdidiet, żjarat gwidati u ħafna aktar, għall-iskejjel primarji u sekondarji.

Young people reading museum resources

ŻJARAT AWTOGWIDATI

Agħti daqqa t'għajn lejn l-attivitajiet awtogwidati tagħna u għin lill-istudenti tiegħek igawdu s-swali tagħna bil-pass tagħhom.

MISTOQSIJIET FREKWENTI

Għandek xi mistoqsijiet dwar ir-riżorsi ta' tagħlim tagħna u dak li noffru? Agħfas hawn biex tara l-lista ta' Mistoqsijiet frekwenti.