Back to top

"Isqra" u "Ħamiem" – Il-kunflitt

Età: 
6-11
DESKRIZZJONI

Huma bosta r-raġunijiet għala l-individwi u l-gruppi jistgħu jiħduha kontra xulxin. Fl-istess ħin, jeżistu affarijiet li ma nistgħux niksbu mingħajr l-oħrajn. Din it-tema tanalizza d-dinamika tal-gwerra u tal-paċi permezz ta' mudelli ta' interazzjoni, pereżempju r-rebbieħa u t-telliefa, il-paċifisti u l-"belliċisti" (jiġifieri min isostni pożizzjonijiet favur il-gwerra). Hija tenfasizza kif illum il-ġurnata, l-Ewropa hija fil-biċċa l-kbira r-riżultat kemm ta' storja ta' gwerra, okkupazzjoni u qerda, kif ukoll storja ta' solidarjetà, negozjar u rikonċiljazzjoni.