Back to top

Ittrattati ndaqs? — Id-drittijiet tal-bniedem

Età: 
12-15
DESKRIZZJONI

Din it-tema timmira li teżamina wħud mill-aktar kategoriji prominenti li jinsabu fid-definizzjoni wiesgħa ta' drittijiet tal-bniedem u tivvaluta r-rabtiet u l-kunflitti bejn id-drittijiet u r-responsabbiltajiet. Se jintużaw eżempji kontemporanji u storiċi kemm Ewropej kif ukoll dinjin bil-għan li jiggwidaw lill-istudenti fl-analiżi tat-tema u b'hekk jitħeġġew jikkunsidraw ir-reazzjonijiet tagħhom fil-konfront ta' xenarji etiċi. Fost l-oqsma koperti nsibu r-rispett tad-drittijiet ta' popli oħrajn, il-kunflitt bejn il-prattiki kulturali u d-drittijiet tal-bniedem u l-kwistjoni ta' jekk it-tneħħija tad-drittijiet f'ċerti sitwazzjonijiet tista' qatt tkun ġustifikata.