Back to top

FAMILJI

`Għall-familji bi tfal ta' bejn 6 u 10 snin – aqbad backpack u vvjaġġa fiż-żmien matul perjodi differenti tal-imgħoddi tal-Ewropa! It-tfal se jxommu, iħossu u jgħixu l-istorja bħal qatt qabel, permezz ta' logħob tar-rwoli f'Aġenzija tal-Ivvjaġġar tas-sittinijiet, billi taparsi jieħdu post astronawta jew billi jitqabdu ma' robots. L-Ispazji għall-Familji huma disponibbli b'24 lingwa u aċċessibbli matul il-ħinijiet tal-ftuħ tal-mużew. F'dawn il-ġranet jiġu organizzati attivitajiet iffaċilitati ta' tagħlim addizzjonali: l-Erbgħa, is-Sibt u l-Ħdud minn 14:00 sa 17:00. Id-dħul huwa mingħajr ħlas. M'hemmx bżonn prenotazzjonijiet.

Il-mużew jilqa' l-familji, b'faċilitajiet fejn il-ġenituri jistgħu jnaddfu u jbiddlu lit-trabi u b'aċċess għall-pushcairs. Nirrakkomandaw li l-età minima għall-viżitaturi tfal tkun ta' sitt snin. Il-ġenituri jistgħu jħossu li ċerti aspetti tal-wirja permanenti huma adatti biss għat-tfal li jkollhom aktar minn ħdax-il sena.

Tinsiex tiċċekkja xi jkun hemm fil-paġna "X'inhu Għaddej" għal informazzjoni dwar avvenimenti speċjali għall-familji u għat-tfal!

Europa

NILTAQGĦU MAL-PRINĊIPESSA EUROPA U MAL-PRINĊEP CADMUS

L-istorja ta' Europa u Cadmus toriġina mill-mitoloġija Griega. Huma kienu ulied ir-Re tal-Feniċja. L-Alla Zeus tilef rasu wara Europa u ttrasforma ruħu f'barri abjad sabiex iqarraq biha billi ħatafha u jħadha 'l bogħod minn art twelidha. Ħuha Cadmus mar biex isalvaha, u tul il-vjaġġi tiegħu introduċa l-alfabett Feniċju kull fejn mar - l-alfabett Feniċju huwa l-prekursur ta' ħafna mill-alfabetti moderni Ewropej. Kien għalhekk li l-kontinent tal-Ewropa ssemma għall-Prinċipessa Europa.
Map

MAPEP U NAVIGAZZJONI

L-Ewropa tidher żgħira meta mqabbla ma' kontinenti oħra.Esplora kif id-dehra u s-sura tal-mapep Ewropej u tad-dinja nbidlu maż-żmien hekk kif ħarġet aktar informazzjoni dwar id-dinja. Dawn il-mapep taw għarfien ġdid lin-nies: rotot ġodda tal-art u tal-baħar, aċċess għal tipi alternattivi ta' ikel, laqgħat ma' nies u kulturi differenti.
Kids

IL-ĦAJJA FIS-SEKLU DSATAX

Din il-gallerija tirrakkonta l-istorja tal-ħajja fl-Ewropa fis-seklu dsatax. Dan kien żmien ta' avvanzi kbar għal uħud u ta' tbatija estrema għal oħrajn. In-nies madwar l-Ewropa kienu qed jitilqu mill-kampanja biex imorru jaħdmu fil-bliet industrijali kbar. Il-ħajja għat-tfal żvantaġġati kienet partikolarment diffiċli, bil-maġġoranza tagħhom li kellhom jaħdmu f'kundizzjonijiet tal-biża' u mingħajr aċċess għal kwalunkwe tip ta' edukazzjoni.
Kids

IL-ĦAJJA FIS-SEKLU DSATAX

Anke jekk dawn il-prodotti kienu lussużi għall-Ewropej għonja, il-produzzjoni ta' dan it-tip ta' ikel fil-kolonji Ewropej spiss għadda lill-popli indiġeni ta' dawn il-pajjiżi minn tbatija kbira. F'din il-vetrina tista' tara xi artefatti assoċjati mal-moħqrija kolonjali. Innota wkoll kif il-mappa tikkodifika skont il-kulur l-imperi Ewropej u l-artijiet kolonjali tagħhom.
Make your holiday plan

ESPERJENZA TA’ FILMAT PROJETTAT

L-animazzjoni bil-filmat fit-taqsima “Aġenzija tal-Ivvjaġġar” turi l-istorja tal-Ewropa permezz ta’ viżwali poetiċi, b’figuri mitiċi bħal Zeus u Europa, u oġġetti tal-mużew bħall-karozza Zastava u Tedis it-Teddy Bear. L-istorja tiżvolġi mingħajr il-ħtieġa ta’ taħdit sovrapost, u għalhekk hija aċċessibbli u pjaċevoli għall-etajiet u l-ħiliet lingwistiċi kollha. Skopri l-istorja tal-Ewropa fil-qosor, b’mod divertenti u aċċessibbli!
Wall

IL-ĦAJT TAL-ISKOPERTI TAL-ISPAZJI TAL-FAMILJI

Ħalli r-rota tax-xorti tiddeċiedi liema persunaġġ se ssir! Tgħallem aktar dwar il-persunaġġ tiegħek, il-kundizzjonijiet tal-ħajja u d-drittijiet li l-persunaġġ tiegħek kellu fil-passat. Imbagħad ivvjaġġa lura fiż-żmien billi tilbes ilbies tal-passat u tagħżel ix-xenarju adegwat! Ħu ritratt bħala prova li vvjaġġajt lura fiż-żmien.  Wara, esplora l-ħajt tal-iskoperti tagħna biex tara kif ix-xjentisti, l-inventuri, l-artisti, il-periti u l-inġiniera immaġinaw l-innovazzjonijiet tad-dinja fil-passat, u kif għadna s'issa nużaw ħafna mill-innovazzjonijiet tagħhom. Ġejt ispirat tivvinta xi ħaġa ġdida? Aqbad il-lapes u pinġi r-robot il-ġdid li vvintajt u urieh lill-pubbliku.
Wall

INVENTURI, TEKNOLOĠIJA U VJAĠĠAR

Leonardo da Vinci kien ġenju tar-Rinaxximent Taljan li kien jgħodd l-invenzjoni, il-pittura u l-inġinerija fost l-interessi tiegħu. Huwa magħruf sew bħala l-pittur tal-Mona Lisa. Leonardo huwa magħruf ukoll għall-inġenjożità teknoloġika tiegħu. Huwa vvinta magni li jtiru, tip ta' vettura korazzata tal-ġlied kif ukoll speċi ta' sottomarin. Kienu relattivament ftit id-disinji tiegħu li nbnew jew li saħansitra kienu fattibbli matul ħajtu.
Subvmarine

ARTI U MUŻIKA: SINESTEŻIJA

Kandinsky assoċja l-kuluri mal-ħsejjes. F'ħafna mill-opri tal-arti pprova jesprimi kif il-mużika u l-ħsejjes kienu marbuta flimkien. Tista' wkoll tipprova tagħmel l-istess ħaġa fuq il-ħajt tal-iskoperti. Oħloq il-konnessjonijiet tiegħek bejn l-arti u l-mużika fuq dan il-pjanu kkulurit.
Architects

PERITI

L-iskola tal-arti Ġermaniża kienet operattiva mill-1919 sal-1933, u ġabret flimkien is-snajja' u l-belle arti, u kienet famuża għall-approċċ ġeometriku sempliċi tagħha għad-disinn, li mbagħad kienet tippubbliċizza u tgħallem. Il-Bauhaus twaqqfet minn Walter Gropius f'Weimar. Inħolqot bl-idea li tikkrea opra tal-arti "totali" li fiha l-fergħat kollha tal-arti, inkluża l-arkitettura, eventwalment kellhom jinġabru flimkien.

FITTEX FIR-RIŻORSI TAGĦNA