Back to top

Ġabra ta' Rakkonti dwar il-Ferroviji

Inizjattiva pan-Ewropea ta' ġbir online ta' esperjenzi formattivi dwar il-ferroviji madwar il-kontinent

Fl-2021 niċċelebraw is-Sena Ewropea tal-Ferroviji. Il-programm EUROPALIA "Trains & Tracks" se jesplora l-impatt tal-ferrovija minn perspettivi artistiċi u soċjetali. Biex tikkontribwixxi għall-programm EUROPALIA Trains & Tracks, Dar l-Istorja Ewropea qed toħloq ġabra pan-Ewropea online ta' rakkonti personali dwar l-ivvjaġġar bil-ferrovija bejn il-fruntieri nazzjonali bħala esperjenza formattiva komuni Ewropea. Dawn ser jgħaqqdu u jqabblu l-esperjenzi kondiviżi minn madwar il-kontinent, jenfasizzaw multipliċità ta' perspettivi dwar il-moviment, il-mobilità u d-dimensjoni Ewropea fid-dibattitu dwar ir-rwol storiku u kontemporanju tal-ferroviji fl-Ewropa.

Tkun tista' tipprovdi filmat qasir dwar dan is-suġġett? Aqra l-kuntest, il-mistoqsijiet u l-ispeċifikazzjonijiet tekniċi.