INFORMAZZJONI ĠENERALI
Individwi jew persuni li jgħixu taħt l-istess saqaf jistgħu jibbukkjaw żjara awtogwidata permezz tal-formola t'hawn taħt.
Id-dħul huwa b'xejn.
Żjara f'Dar l-Istorja Ewropea tieħu madwar 90 minuta.
Jinħtieġ dokument tal-identità validu (karta tal-identità, passaport jew liċenzja tas-sewqan) biex ikollok aċċess għall-binjiet tal-Parlament Ewropew.
Il-viżitaturi u l-basktijiet kollha jistgħu jsirulhom kontrolli tas-sigurtà bħalma jsiru fl-ajruporti qabel ma jitħallew jidħlu. L-armi tan-nar, is-sustanzi splussivi jew fjammabbli, l-isprejs tal-bżar, oġġetti li jaqtgħu u oġġetti oħra li jistgħu jitqiesu bħala armi huma pprojbiti. Skont il-leġiżlazzjoni nazzjonali Belġjana, ċerti oġġetti pprojbiti jistgħu jingħaddu lill-pulizija.
Ritratti u ffilmjar huma pprojbiti fl-ispazji tas-sigurtà u tal-wirja.
Biss il-gwidi awtorizzati minn Dar l-Istorja Ewropea għandhom permess imexxu l-gruppi fil-binja.
Għal raġunijiet ta' konservazzjoni tal-mużew, fis-swali tal-wiri tagħna nużaw l-arja kkundizzjonata biex it-temperatura tinżamm taħt l-20°C. Ara li l-ilbies li jkollok fuqek ikun biżżejjed għal dan l-ambjent aktar frisk, partikolarment jekk it-temperatura ta' barra tkun għolja.
ĦINIJIET TAL-FTUĦ
Dar l-Istorja Ewropea tiftaħ kuljum.
It-Tnejn | 13:00 - 18:00 |
It-Tlieta - Il-Ġimgħa | 09:00 - 18:00 |
Is-Sibt - Il-Ħadd | 10:00 - 18:00 |
Il-viżitaturi jistgħu jidħlu sa nofs siegħa qabel il-ħin tal-għeluq.
VJAĠĠI U TKEJL
Dar l-Istorja Ewropea se tkun magħluqa fil-btajjel li ġejjin:
l-1 ta' Jannar |
l-1 ta' Mejju |
l-1 ta' Novembru |
l-24, il-25 u l-31 ta' Diċembru |
APPOĠĠ GĦAŻ-ŻJARA TIEGĦEK
Tista' tesperjenza Dar l-Istorja Ewropea b'kull waħda mill-24 lingwa uffiċjali tal-UE. Dan isir permezz ta' tablets li jipprovdu gwida interattiva għall-mużew u jistgħu jiġu kkonfigurati skont il-preferenza tal-lingwa.
Kull tablet jista' jiġi adattat b'siltiet speċjali għall-istudenti u t-tfal, u hemm ukoll softwer ta' awdjo awmentat għal viżitaturi bi ħtiġijiet speċjali tas-smigħ. Il-persunal huwa disponibbli f'kull livell f'każ li jkollok bżonn l-għajnuna.
Barra minn hekk, fl-ispazju tad-daħla għal Dar l-Istorja Ewropa ssib fuljett stampat b'sommarju qasir tal-Wirja Permanenti, u tista' wkoll tniżżlu minn qabel elettronikament. Tista' tniżżel ukoll ktieb ta' gwida aktar dettaljat, u dan il-ktieb tista' wkoll tixtrih fil-post.

FAĊILITAJIET
Dar l-Istorja Ewropea fiha kabinetti li jissakkru, u hemm vestjarju u faċilitajiet fejn dak lli jkun jista' jbiddel lit-trabi.



MUŻEW GĦAL KULĦADD
Dar l-Istorja Ewropea hija mużew għal kulħadd. Il-faċilitajiet u l-attivitajiet kollha tagħna huma aċċessibbli għal min juża s-siġġu tar-roti. Il-fatt li naħdmu flimkien ma' gruppi u komunitajiet differenti jirrappreżenta aspett fundamentali tal-attivitajiet tal-mużew. L-għan tagħna hu li nilħqu lil nies straordinarji kemm fil-qrib kif ukoll fil-bogħod bis-saħħa ta' żjajjar imfasslin apposta u programmi speċifiċi. Toqgħodx lura milli tibagħtilna t-talbiet speċifiċi tiegħek; aħna nagħmlu ħilitna kollha biex il-mużew tagħna nagħmluh aktar aċċessibbli. historia-learning@europarl.europa.eu


KIF TASAL HAWN
(Telefon: +32 2 283 1220)
Rue Belliard / Belliardstraat 135, 1000 Brussell, Il-Belġju
L-indirizz postali huwa: House of European History, European Parliament, Rue Wiertz 60, 1047 Brussels.