INIZJATTIVI BI SĦAB
Dar l-Istorja Ewropea hija mużew għal kulħadd, ikun minn fejn ikun: Brussell jew Budapest, Ghent jew Gdańsk. Aspett vitali tal-attivitajiet tal-mużew huwa li nilħqu lill-persuni u l-komunitajiet, kemm dawk fil-qrib kif ukoll dawk imbiegħda. Nagħmlu dan permezz ta' proġetti speċifiċi u rabtiet online ma' avvenimenti u istituzzjonijiet sħab madwar l-Ewropa u ħidma ta' sensibilizzazzjoni ffukata ma' diversi gruppi fil-viċinat immedjat u fir-reġjun tagħna.