Back to top

INTERAZZJONIJIET

Sekli ta' kummerċ, taqbid u tisjir

(IL-WIRJA NTEMMET FL-2018)

Matul is-sekli, x'ressaq liċ-ċittadini Ewropej lejn xulxin?

Liema traċċi ta' dawn l-interazzjonijiet tal-imgħoddi nistgħu nsibu f'ħajjitna llum?

"INTERAZZJONIJIET" turi stejjer dwar nies li jmorru min post għall-ieħor u jiltaqgħu, dwar l-ivvjaġġar ta' ideat u merkanzija, dwar laqgħat u skambju, f'viżjoni kalejdoskopika tal-istorja kulturali tal-Ewropa.

"INTERAZZJONIJIET" hija post ta' laqgħa: din it-taqsima tistiednek tinteraġixxi b'modi differenti, l-istess kif għamlu l-Ewropej ta' dari, meta kienu jkunu qed jagħmlu l-kummerċ, jiġġieldu, jew iwettqu negozjati bejniethom. Ejja u interaġixxi mal-wirja, u ilgħab ma' viżitaturi oħra! 

"INTERAZZJONIJIET" tistiednek tuża s-sensi kollha biex tiskopri l-affarijiet: se tara oġġetti sbieħ, iddoqq siltiet mużikali, tisma' l-istejjer ta' nies jiltaqgħu ma' xulxin, ixxomm fwejjaħ, tmiss biċċiet tad-drapp u tiskopri l-istorja tal-pizza u tal-croissant!

NINTRAĊĊA LILL-EWROPA TIEGĦI

X'inhu li jorbtok ma' postijiet madwar l-Ewropa? L-ispazju introduttorju tal-wirja huwa ddedikat għal esperiment kollaborattiv ta' mmappjar diġitali. Kontributi minn viżitaturi minn kullimkien, fil-post kif ukoll online, huma mistennija jipproduċu kartografija unika li tippermetti l-immappjar tal-konnessjonijiet u l-preferenzi tan-nies.

Click on the link below to contribute to this live mapping! Answer a few questions to map your connections to places in Europe and beyond. Then explore the links being created in realtime on this unique map by visitors in the exhibition and online.

 

Il-kċina, is-salott u l-kamra tas-sodda - Skambju

Għalkemm l-affarijiet li jinstabu f'din il-parti tal-wirja jafu jidhru pjuttost familjari u ordinarji, kull oġġett jirrakkonta storja – ħafna drabi mhux mistennija – ta' kuntatt bejn il-bnedmin lil hinn mill-fruntieri. Bosta affarijiet li jagħmlu parti minn ħajjitna ta' kuljum saru hekk biss permezz ta' proċess uniku ta' influwenza transkulturali fl-Ewropa u mal-bqija tad-dinja. Dan jagħmel l-ambjent tagħna ta' kuljum ferm aktar affaxxinanti, hux tassew?

Il-fluss ta' persuni, merkanzija, prattiki u ideat li jikkaratterizza l-istorja tal-bniedem jiżgura bidla fi ħdan il-kulturi kollha. Xi kultant kliem ta' nisel barrani li nsibu fl-ilsna tagħna jagħtuna ħjiel ta' dik ir-realtà, xi kultant din tkun aktar moħbija. Din il-kamra hija stedina biex tiskopri n-natura kulturalment imħallta ta' ħafna mill-affarijiet li nsibu madwarna.