Back to top

It-tiswir tal-Istorja: Niddokumentaw il-Covid

Niddokumentaw il-pandemija f'livell Pan-Ewropew

Fil-bidu tal-2020, Dar l-Istorja Ewropea bdiet proġett ta' ġbir ta' evidenza tal-ħajja fl-Ewropa matul il-pandemija tal-COVID-19, li jiffoka fuq il-fenomeni tas-solidarjetà, it-tama u l-bini tal-komunità. Il-galleriji hawn taħt juru firxa ta' oġġetti dokumentati u mogħtija lill-kollezzjoni tagħna.

Għażla minn dawn tpoġġiet għall-wiri fil- “Fables Room” tal-mużew minn Ġunju sa Diċembru 2020.

L-istrixxuni bil-qawsalla "Kollox se jkun sew"

Fl-Italja, in-nies bdew jagħmlu strixxuni b'qawsalla u dan il-messaġġ ottimist: Andrà tutto bene (Kollox se jkun sew). Huma poġġew l-istrixxuni fit-twieqi u dendluhom mal-gallariji, b'mod li kkomunika b'mod kollettiv il-ħsieb pożittiv lejn sitwazzjoni diffiċli. Dawn jirriflettu l-espressjoni Cantonese "jiayou" , li tfisser "taqtax qalbek", li dehret iċ-Ċina fil-bidu tal-pandemija.

L-istrixxuni bil-qawsalla faqqsu fl-Ewropa kollha u sara waħda mis-sekwenzi l-aktar prominenti ta' kliem assoċjat mal-pandemija tal-coronavirus.

Il-fruntieri tal-pandemija

Il-moviment liberu ħa daqqa ta' ħarta qawwija waqt il-lockdown. Reġgħu tfaċċaw il-fruntieri li kienu ntesew u ħafna Ewropej sabu ruħhom mifrudin mill-familji tagħhom. L-abitanti ta' bliet fil-fruntieri rreaġixxew bi kreattività, xogħlijiet artistiċi u protesti siekta kontra din il-limitazzjoni fuq il-moviment liberu. 

Id-drittijiet fundamentali waqt il-lockdown

Il-lockdown fl-Ewropa xi drabi kien ifisser limitazzjoni tad-drittijiet fundamentali. Iżda n-nies sabu modi kif isemmgħu leħinhom.

Rispons kreattiv

Il-ħolqien u t-tgawdija tal-arti kellhom rwol ewlieni fl-esperjenza tal-lockdown. It-tfal u l-adulti esprimew diversi sentimenti permezz ta' tpinġijiet, poeżiji jew mużika. Iddokumentaw il-ħajja tagħhom ta' kuljum permezz ta' proġetti skolastiċi u ta' studju. Xogħlijiet artistiċi oħra saru biex jappoġġaw lil ħbieb jew qraba tagħhom.

Il-persunal mediku: l-eroj il-ġodda

Sa mill-bidu tal-pandemija tal-COVID-19, il-ħaddiema tas-saħħa kienu fuq quddiem nett. Fl-isptarijiet, u fis-settur tal-kura b'mod ġenerali, ħafna ħaddiema tilfu ħajjithom minħabba xogħolhom, ħafna drabi minħabba n-nuqqas ta' tagħmir protettiv suffiċjenti. L-infermiera u t-tobba huma deskritti litteralment bħala s-supereroj il-ġodda taż-żminijiet imqanqla tagħna.

Solidarjetà fil-Prattika

Meta naħsbu dwar it-tifqigħa tal-kriżi tal-COVID19, se niftakru dwar in-nuqqas ta' provvisti ta' materjal protettiv, mhux biss għall-pubbliku ġenerali iżda wkoll għall-ħaddiema mediċi. In-nuqqas ta' maskri, ilbies u tagħmir protettiv ieħor ikkawża sitwazzjonijiet drammatiċi f'ħafna pajjiżi Ewropej. Madwar il-kontinent, dawn l-emerġenzi nebbħu liċ-ċittadini biex jagħtu għajnuna fuq bażi volontarja sabiex joffru rimedji malajr kemm jista' jkun.

Pandemic Soundscapes

How did Europe sound during the coronavirus pandemic? What connects the lockdown experience across the continent? This sound composition created by Mara Maracinescu features 21 distinct recordings from 17 European countries, made between March and May 2020 during the first European COVID-19 lockdown.

The main purpose of the research and resulting composition was to trace the impact of the lockdown on European soundscapes: new rituals or types of gathering that appeared; changes in the ambient soundscape, due to lower traffic, or the amplified presence of the State’s voice, for example through loudspeakers.