Back to top

MISTOQSIJIET FREKWENTI

Kwistjonijiet prattiċi

Nista’ nibbukkja Dar l-Istorja Ewropea biex norganizza avveniment?

Dar l-Istorja Ewropea mhijiex disponibbli għall-kiri privatament bħala post. L-avvenimenti jsiru fil-mużew ma’ sħab speċifiċi li jittrattaw temi marbuta mal-Ewropa kollha deskritti fil-missjoni u l-wirjiet tal-mużew, bħall-Istorja Ewropea moderna, il-memorja kondiviża, u l-istorja Ewropea fil-kurrikuli tal-iskejjel. Jekk tixtieq tistaqsi dwar avveniment ospitat minn xi sieħeb, jekk jogħġbok ikkuntattja lit-tim tal-avvenimenti tagħna sa tliet xhur qabel ma jkun previst l-avveniment tiegħek. Jekk jogħġbok kun af li nirċievu għadd kbir ta’ talbiet, jista’ jkun hemm dewmien ta’ diversi ġimgħat qabel ma ntuk tweġiba. Barra minn hekk, jekk jogħġbok kun af li tingħata prijorità lill-programmazzjoni interna ta’ Dar l-Istorja Ewropea.

X'inhu n-numru tat-telefon?

+32 2 283 1220

X'inhu l-indirizz postali ta' Dar l-Istorja Ewropea?

House of European History, European Parliament, Rue Wiertz 60, 1047 Brussels.

Id-dħul kemm jiswa?

Id-dħul huwa b'xejn.

Hemm xi mkien fejn nista' nħalli r-rota tiegħi?

Bħalissa m'hemmx post apposta għar-roti barra Dar l-Istorja Ewropea.

Kemm tieħu żmien biex iżżur Dar l-Istorja Ewropea?

Bejn wieħed u ieħor 90 minuta.

Fil-mużew, huwa permess li l-viżitaturi jdaħħlu magħhom backpacks, fliexken tal-ilma, u oġġetti tal-ikel?

Backpacks, ikel u xorb mhumiex permessi, u għandhom jinżammu fil-kompartimenti apposta.

Hemm età minima għat-tfal?

Nirrakkomandaw li l-età minima għall-viżitaturi tfal tkun ta' sitt snin. Il-ġenituri jistgħu jħossu li ċerti aspetti tal-wirja permanenti huma adatti biss għat-tfal li jkollhom aktar minn ħdax-il sena.

X'inhuma l-linji gwida għat-tfal u l-gruppi tal-iskola li jżuru l-mużew?

1. It-tfal kollha taħt l-età ta' 14-il sena jridu jkunu akkumpanjati minn adult li jkun responsabbli għalihom tul iż-żjara tagħhom f'Dar l-Istorja Ewropea.

2. Gruppi ta' tfal jew tal-iskola jridu jinkludu tal-anqas akkumpanjatur adult wieħed għal kull:

- ħamest itfal taħt l-età ta' 6 snin jew ħamest itfal fi klassijiet preskolastiċi;

- għaxart itfal ta' etajiet bejn 6 snin u 14-il sena;

- ħmistax-il student ta' etajiet minn 14-il sena ‘l fuq.

3. Akkumpanjaturi adulti jridu jibqgħu mal-grupp tagħhom tul iż-żjara kollha.

4. It-tfal kollha li ma jkunux jistgħu jsibu l-akkumpanjatur adult tagħhom jittieħdu minn membru tal-persunal ta' Dar l-Istorja Ewropea lejn l-uffiċċju ta' akkoljenza, minn fejn isir avviż li jitlob lill-akkumpanjatur adult biex jiġi jiġborhom.

5. Il-Parlament Ewropew ma jaċċetta l-ebda responsabbiltà għal aċċidenti li jġarrbu tfal mhux akkumpanjati.

Il-fotografija permessa fil-mużew?

Fil-mużew jistgħu jittieħdu ritratti b'angolu wiesa', ħlief fiż-żoni ta' dħul u ta' sigurtà. Ċerti oġġetti u vetrini huma mmarkati b'simboli ta' "ebda fotografija" minħabba kriterji ta' konservazzjoni jew minħabba kriterji ta' drittijiet tal-awtur mill-mużew li jkun sellef l-oġġett. Il-fotografija bl-użu tal-flash mhijiex permessa. Nitolbuk tinnota li r-riproduzzjoni ta' immaġni ta' oġġetti għal użu professjonali tista' tkun tirrikjedi l-inklużjoni ta' kreditu tad-drittijiet tal-awtur. Għal aktar informazzjoni nitolbuk tikkuntattjana fuq dan l-email: historia-press@europarl.europa.eu

Faċilitajiet

Hemm faċilitajiet fejn il-ġenituri jistgħu jnaddfu u jbiddlu lit-trabi?

Dawn il-faċilitajiet jinsabu fl-ispazju tal-ilqugħ ħdejn id-daħla fil-pjan terren.

Hemm aċċess għall-pushchairs u l-prams?

Iva, fid-daħla fil-pjan terren.

X'appoġġ huwa disponibbli għall-viżitaturi b'diżabilità?

Il-faċilitajiet u l-attivitajiet kollha tagħna huma kompletament aċċessibbli għall-viżitaturi b'mobilità mnaqqsa u bi bżonnijiet speċjali, inklużi l-persuni li jużaw siġġu tar-roti. Għal viżitaturi b'nuqqas ta' smigħ, fit-tablets provduti jidhru sottotitoli jew deskrizzjonijiet miktuba tan-narrattivi tal-filmati.

Tista 'tipprovdi siġġijiet tar-roti?

Għandna żewġ siġġijiet tar-roti disponibbli għas-self - għal prenotazzjoni uża l-formola ta' kuntatt. Madankollu nirrakomandaw li l-viżitaturi jġibu s-siġġu tar-roti tagħhom magħhom, minħabba li d-domanda hija kbira.

Wara ż-żjara tiegħek

Kif nista' nikkuntattja l-uffiċċju tal-oġġetti mitlufa u misjuba tal-mużew?

Jekk jogħġbok uża l-formola ta' kuntatt biex issaqsi dwar oġġetti mitlufa.

Nista' nixtri oġġetti mill-mużew online?

Ix-xiri ta' oġġetti mill-mużew jista' jsir biss fil-post.

Kif nista' nżomm ruħi aġġornat bl-aħbarijiet tal-mużew?

L-aħħar aħbarijiet tal-mużew issibhom fit-taqsima "Taħt il-Lenti" tas-sit web tagħna, kif ukoll fuq Facebook u Twitter.

Sit web u midja soċjali

Fis-sit web hemm xi ħaġa ma taħdimx, jew sibt link li ma twassal imkien. Kif nista' ngħarraf 'il xi ħadd b'dan?
Kif nista’ nitlob biex niffilmja ġewwa l-mużew?
  • Jekk jogħġbok ikkuntattja lit-tim tal-komunikazzjoni tal-mużew sa ġimagħtejn qabel id-data meta tixtieq tiffilmja, biex tgħaddi mill-proċess meħtieġ. Jekk jogħġbok kun af li l-iffilmjar huwa permess biss f’ċerti spazji tal-mużew, għall-professjonisti tal-midja jew tal-edukazzjoni, meta dan ma jikkoinċidix ma’ attivitajiet oħra tal-mużew, u f’konformità mar-regoli li ġejjin:
  • Jekk jogħġbok innota li l-iffilmjar u l-fotografija jistgħu jsiru biss b’mod diskret, li ma jtellifx lill-viżitaturi l-oħra, u lanqas ma jiġbed l-immaġnijiet ta’ wiċċhom.
  • Minħabba ċirkostanzi speċifiċi tad-drittijiet tal-awtur u tal-konservazzjoni, huma ppreferuti shots b’angolu wiesa’, aktar milli close-ups fuq oġġetti individwali.
  • Madwar 15-il oġġett fil-wirja permanenti ma jistgħux jittieħdu ritratti tagħhom, u lanqas ma jistgħu jiġu ffilmjati – dawn huma mmarkati bi stiker “no photo” – se nipprovdu lista ta’ dawn l-oġġetti minn qabel.
  • Għandha timtela formola għall-permess tal-iffilmjar relatata mad-drittijiet tal-awtur tal-oġġetti qabel l-iffilmjar. Din tista’ tinkiseb mingħand it-tim tal-komunikazzjoni tal-mużew.
  • L-iffilmjar taż-żoni ta’ sigurtà fid-daħla huwa pprojbit.
  • Dwar it-tagħmir u l-ekwipaġġi: jekk jogħġbok tużax fotografija bil-flash jew dwal esterni f’ċerti postijiet; tikkonnettjax mal-provvisti tal-enerġija.
  • Aħjar jekk jiddaħħal biss minimu ta’ tagħmir, u kun af li mhux possibbli jsir self ta’ tagħmir addizzjonali mill-mużew.
  • Għandha tingħata attenzjoni kbira meta jiġi mċaqlaq it-tagħmir tal-iffilmjar, sabiex ma jintmessux għamara, vetrini jew oġġetti tal-mużew, u biex l-art ma tinbaraxx.
  • L-ekwipaġġi tal-iffilmjar għandhom jikkonsistu biss minn persuni essenzjali.
  • Idealment, l-iffilmjar m’għandux idum iktar minn disgħin minuta; jekk jogħġbok speċifika l-postijiet eżatti mixtieqa minn qabel.

 

Mistoqsijiet marbuta mal-edukazzjoni u t-tagħlim

Fejn nista' nsib informazzjoni dwar attivitajiet edukattivi u riżorsi ta' tagħlim f'Dar l-Istorja Ewropea?

Jekk jogħġbok ara t-taqsima speċifika "Mistoqsijiet frekwenti għall-edukaturi".

Żjarat fi gruppi

Għaliex għandi bżonn nagħmel prenotazzjoni ta' grupp għal 10 persuni jew aktar?

Din il-prenotazzjoni hija obbligatorja minħabba r-regolamenti tas-sigurtà. Mingħajrha, jista' jiġri li gruppi ta' 10 min-nies jintalbu jistennew sakemm ikun hemm biżżejjed spazju fil-mużew biex jidħlu.

Kif nista' nirċievi konferma bil-miktub tal-prenotazzjoni tal-grupp tiegħi?

Tirċievi email ta' konferma.

Kemm trid ħin għal żjara ta' grupp?

Bejn wieħed u ieħor 90 minuta.

Żjarat awdjo huma disponibbli?

Malli jaslu, il-viżitaturi jingħataw tablet interattiv li jkun fih il-materjal b'24 lingwa, li jservihom ta' gwida tul iż-żjara, b'kontenut awdjo, testwali u vidjo għall-Wirja Permanenti. Kull tablet jista' jiġi adattat b'siltiet speċjali għall-istudenti u t-tfal, u hemm ukoll softwer ta' awdjo awmentat għal viżitaturi bi ħtiġijiet speċjali tas-smigħ. M'hemm l-ebda gwida awdjo għall-Wirja Temporanja, għalkemm huma disponibbli fuljett u katalogu (bi ħlas).

L-istess organizzazzjoni tista' tipprenota diversi ħinijiet?

Nixtiequ ninfurmaw li l-istess organizzazzjoni ma tistax tipprenota diversi ħinijiet f'perjodu ta' ġimgħa waħda. Jekk tixtieq tipprenota diversi ħinijiet, jekk jogħġbok ikkuntattjana biex nikkjarifikaw il-ħtiġijiet tiegħek f'dan ir-rigward.

Wirjiet u kontenuti

X'inhuma l-opportunitajiet għar-riċerka fil-mużew?

Bħalissa m'għandniex faċilitajiet għar-riċerka. Fil-futur jista' jkun hemm opportunitajiet għar-riċerka permezz ta' sħubijiet u sessjonijiet ta' ħidma.

Kif nista' nikseb drittijiet għall-użu ta' immaġni għal ktieb, għal midja jew għal skopijiet kummerċjali oħra?

Id-dritt tal-awtur għall-maġġoranza tal-immaġnijiet jappartjeni lil partijiet esterni. Ikollok bżonn tagħmel kuntatt direttament mad-detentur tad-drittijiet tal-awtur.

Kemm iddum il-Wirja Temporanja?

Il-Wirjiet Temporanji jdumu madwar sena.

Internships

Kif nista' napplika għal internship ma' Dar l-Istorja Ewropea?