Back to top

FAMILJI

Hemm ħafna ħwejjeġ ta' divertiment u elementi interattivi li l-familji jistgħu jintilfu fihom meta jżuru Dar l-Istorja Ewropea. Malli tasal fir-reception, kulma għandek tagħmel hu li tiġbor backpack tal-familja, issib ir-rotta tal-familja, u titlaq għall-iskopertatas-swali u l-kollezzjonijiet.

Animated design time traveler resource

ROTTA GĦALL-FAMILJI "ESPLORATUR MILL-IMGĦODDI"

Titħajjar tibdel iż-żjara tal-familja tiegħek f'avventura? Issellef backpack mimli tagħmir għall-esploraturi, materjal tat-tpinġija u attivitajiet divertenti u ħu gost esplora s-swali mat-tfal. Il-backpacks huma disponibbli b'4 lingwi – l-Ingliż, il-Franċiż, l-Olandiż u l-Ġermaniż – b'sistema li min jasal l-ewwel jinqeda l-ewwel.
Characters from family trail - queen soldier baker

IR-ROTTA TAL-FAMILJI: "IR-REĠINA, IS-SULDAT U L-FURNAR"

Iltaqa' ma' karattri mill-passat li ħadu sehem f'inkontri u skambji li sawru l-Ewropa. Skopri magħhom l-ewwel wirja temporanja ta' Dar l-Istorja Ewropea: "Interazzjonijiet – Sekli ta' kummerċ, taqbid u ħolqien".
Children in Family Discovery Spaces with binoculars

SPAZJI TA' ESPLORAZZJONI GĦALL-FAMILJI

Għall-familji bi tfal ta' bejn 6 u 10 snin – aqbad backpack u vvjaġġa fiż-żmien matul perjodi differenti tal-imgħoddi tal-Ewropa! It-tfal se jxommu, iħossu u jgħixu l-istorja bħal qatt qabel, permezz ta' logħob tar-rwoli f'Aġenzija tal-Ivvjaġġar tas-sittinijiet, billi taparsi jieħdu post astronawta jew billi jitqabdu ma' robots. L-Ispazji għall-Familji huma disponibbli b'24 lingwa u aċċessibbli matul il-ħinijiet tal-ftuħ tal-mużew. F'dawn il-ġranet jiġu organizzati attivitajiet iffaċilitati ta' tagħlim addizzjonali: l-Erbgħa waranofsinhar mis-14:00 sal-17:00 u s-Sibt u l-Ħadd mill-10:30 sal-11:30 u mis-14:00 sal-17:00. Id-dħul huwa mingħajr ħlas. M'hemmx bżonn prenotazzjonijiet.

FITTEX FIR-RIŻORSI TAGĦNA

Ma nstab ebda riżultat li jaqbel mal-kriterji ta' tiftix tiegħek.