Back to top
© Dar l-Istorja Ewropea, il-Belġju

Malleus Maleficarum (Il-Martell tas-Sħaħar) – manwal dwar il-kaċċa għas-sħaħar - Frankfurt, 1588

L-invenzjoni tal-istampar għall-ħabta tal-1440 wasslet għal baraxx ta' informazzjoni u diżinformazzjoni. In-nuqqas ta' kontroll fuq il-kontenut ħoloq skumdità li tixbah it-tħassib tal-lum dwar il-fake news, it-tgħawwiġ tar-realtà u d-diskors ta' mibegħda. Ir-rivoluzzjoni tal-istampar ħalliet ħafna vittmi. Il-popolarità ta' kitbiet li kienu jitkellmu dwar is-sħarijiet xprunat mewġa ta' persekuzzjoni, u wasslet għall-mewt ta' eluf ta' "sħaħar" fuq perjodu ta' aktar minn mitejn sena. Sadattant, l-Ewropej bdew jitgħallmu aktar u bdew jiksbu aċċess għal kotba, fuljetti u gazzetti li tawhom is-setgħa jistinkaw biex jiksbu libertajiet ċivili u jbiddlu r-rotta tal-istorja.