Back to top
Institut Royal des Sciences Naturelles de Belgique.
© Bernard Fontanel, DEC.

Raġel ta' Piltdown

Ix-xjenza bbażata fuq ir-riċerka empirika tipprova tiċċara l-fatti. Iżda x-xjenzati inevitabbilment iħallu traċċi ta' preġudizzju f'xogħolhom. Oħrajn jiffalsifikaw ir-riżultati deliberatament għall-gwadann personali. Charles Dawson kien wieħed minn dawn. Dawson approfitta ruħu mix-xewqa kbira tal-paleontoloġi li jikkonfermaw it-teoriji tagħhom u ħareġ bil-gidba tal-hekk imsejjaħ "raġel ta' Piltdown", li ħadet erbgħin sena biex tinkixef. Il-fatt li nkixfet turi s-saħħa tal-metodu xjentifiku. Għall-kuntrarju tar-reliġjon jew l-ideoloġija, l-għarfien xjentifiku jista' jiġi ppruvat jew imgiddeb.