Back to top
© Dar l-Istorja Ewropea, il-Belġju

Inċiżjoni fir-ram ta' Ossian's Swan Song, Johan Frederik Clemens - Copenhagen, 1787

L-istorja, il-letteratura u l-arti saru għodod politiċi importanti fil-bini tal-identità nazzjonali fl-Ewropa tas-seklu 18 u 19. Ix-xewqa li "jimtela l-vojt" wassal għal għadd kbir ta' falsifikazzjonijiet. Kull "skoperta" serviet ta' "prova" tal-oriġini ta' nazzjon lura kemm jista' jkun fiż-żmien u pproklamat is-superjorità kulturali tiegħu. Ħafna minnhom inkitbu minn "Omeru" nazzjonali u kienu jsostnu li nazzjon partikolari kien il-benniena taċ-ċiviltà Indo-Ewropea. Anke meta ħareġ li kienu foloz, dawn l-istejjer kompla jkollhom influwenza konsiderevoli.