Back to top
© Dar l-Istorja Ewropea, Brussell, il-Belġju

"Fil-bżieżaq tagħna"

Il-pjattaformi tal-midja soċjali huma perfetti biex iqiegħdu lin-nies f'kuntatt, iżda jikkontribwixxu wkoll biex jinħolqu l-hekk imsejħa "bżieżaq ta' filtri". Dawn jagħżlu l-informazzjoni u jesponuna għal affarijiet li diġà jkunu għoġbuna jew irċevew l-approvazzjoni tagħna fil-passat. Dawn il-filtri jwasslu għall-illużjoni li nkunu qed naraw l-istampa kollha, meta fir-realtà nibqgħu naqsmu ambjent medjatiku limitat ma' persuni li jaħsbuha ftit jew wisq bħalna. Billi dawn il-bżieżaq ma jħallux wisq lok għal fehmiet diverġenti u sorsi alternattivi, jipprovdu art fertili biex il-gideb jinfirex u jiffjorixxi.