
Kowt ta' dimostrant magħmul mill-bżieżaq mir-Renju Unit misjub fuq il-kosta Belġjana, Brussell, il-Belġju, 2019
© Dar l-Istorja Ewropea, Brussell, il-Belġju
© Dar l-Istorja Ewropea, Brussell, il-Belġju
It-tibdil fil-klima
It-tibdil fil-klima huwa waħda mill-akbar sfidi ta' żminijietna; theddida propju għall-ġejjieni ta' ħajjitna fid-dinja. It-tisħin globali magħmul mill-bniedem, ikkawżat mill-emissjonijiet eċċessivi ta' CO2 u t-tniġġis industrijali, qed jeqred ekosistemi sħaħ u qed jagħmel l-istil ta' ħajja tagħna insostenibbli.
"Fridays for Future", inizjattiva mnedija mill-attivista żagħżugħa Żvediża Greta Thunberg, qabdet sew fid-dinja kollha, u l-istudenti qed jitolbu bidla ekoloġika radikali.
Għaż-żgħażagħ ta' 15-il sena tal-lum, it-tibdil fil-klima huwa theddida tanġibbli għall-prospetti futuri tagħhom.