Back to top
"Baga Nimba" - Niyi Olagunju (imwieled fl-1981), Ir-Renju Unit u n-Niġerja, 2019, Skultura Injam imqaddem b'mod artifiċjali u bronż indurat bid-deheb
© Dar l-Istorja Ewropea, Brussell, il-Belġju

Il-wirt kolonjali

Għal sekli sħaħ, il-ħakma kolonjali tal-Ewropa fuq territorji u reġjuni vasti fid-dinja kollha ġabet ġid u riżorsi lejn l-Ewropa filwaqt li ħalliet lill-popolazzjonijiet lokali oppressi u mfaqqra.

L-iskultura ta' Niyi Olagunju tesprimi s-sens ta' telf ta' identità li jirriżulta mill-esperjenza trawmatika tal-kolonjaliżmu. Oġġetti li jġorru tifsira spiritwali, reliġjuża, soċjali jew soċjetali spiċċaw għall-wiri f'mużewijiet Ewropej. Dan it-tip ta' approprjazzjoni u assimilazzjoni tal-istorja, il-kultura u t-tradizzjonijiet Afrikani jkisser it-tifsira oriġinali tal-oġġetti u jittraduċi ruħu fl-ineżistenza ta' għeruq storiċi.

Xi pajjiżi Ewropej bdew jinvestigaw il-kollezzjonijiet tal-mużewijiet tagħhom fost appelli biex oġġetti bi storja dubjuża jintraddu lura.