Back to top
"Maskra bil-forma ta' id" - Anna Vasof (imwielda fl-1985), Vjenna, l-Awstrija, Marzu 2020, Ċeramika u ħoloq tal-lastku
© Dar l-Istorja Ewropea, Brussell, il-Belġju

Il-pandemija

Il-pandemija tal-COVID-19 kixfet il-vulnerabbiltà tal-umanità u kienet mument ta' prova għas-solidarjetà Ewropea.

Fil-bidu tal-pandemija, il-pajjiżi Ewropej irreaġixxew individwalment billi għalqu l-fruntieri, illimitaw il-libertà tal-ivvjaġġar u naqqsu l-libertajiet ċivili. Il-kritiċi jibżgħu li, fit-tul, il-libertajiet fundamentali jistgħu jiġu ristretti.

Iżda qalb dik l-avversità kollha, tfaċċat mewġa ta' solidarjetà fost iċ-ċittadini ordinarji. Sadattant, l-Istati Membri u l-istituzzjonijiet tal-UE ngħaqdu u qablu fuq programm ta' rkupru bla preċedent imfassal b'tali mod li jingħata appoġġ lill-aktar soċjetajiet u ekonomiji li ntlaqtu mill-pandemija.