Falsifikazzjonijiet Reliġjużi - Sensiela ta' żjarat vitwali ta' Dar l-Istorja Ewropea
F'dan l-episodju, se naraw kif nies mill-passat ippruvaw jinnavigaw id-dinja ta' kostruzzjonijiet mhux falsifikabbli ta' twemmin reliġjuż. Kif kienu jistabbilixxu x'kien veru għalihom? Għal sekli sħaħ, l-isferi politiċi u reliġjużi saħħew il-pretensjoni ta' xulxin għall-poter u l-leġittimità. Kull epoka tiffalsifika dak li hu l-aktar importanti għaliha - għaldaqstant, il-falsifikazzjonijiet prominenti tal-Ewropa Medjevali kellhom komponent reliġjuż qawwi.