Back to top
Falsifikazzjonijiet Patrijottiċi u Teoriji ta' Konfoffi - Sensiela ta' żjarat vitwali ta' Dar l-Istorja Ewropea

Issa ninsabu fit-taqsima ddedikata għall-epoka eċċitanti tal-bini tan-nazzjonijiet. L-Ewropa għaddiet minn ħafna taqlib u trasformazzjoni fis-seklu 18 u s-seklu 19. L-imperi kienu qed jikkollassaw, u mill-fdalijiet tagħhom tfaċċaw nazzjonijiet ġodda. F'din it-taqsima tal-wirja se tiskopri falsifikazzjonijiet patrijottiċi, teoriji ta' konfoffi u l-evidenza falza li ntużat fil-ġuri ta' Alfred Dreyfus.