Back to top
Il-Falsifikazzjoni bi Skop Tajjeb - Sensiela ta' żjarat vitwali ta' Dar l-Istorja Ewropea

Forsi ġieli smajt il-frażi: il-verità hija l-ewwel vittma tal-gwerra. U għalkemm ma nistgħux nistabbilixxu l-oriġini eżatta tagħha, jeħtieġ nirrikonoxxu li din il-frażi tagħmel ħafna sens. F'din it-taqsima tal-wirja nesploraw it-tipi ta' falsifikazzjonijiet użati matul il-gwerra, u n-naħa "t-tajba" tal-falsifikazzjoni: il-falsifikazzjoni etika, il-falsifikazzjoni leġittima.