Back to top
©-Studio Harm Rensink

L-aħħar taqsima tal-wirja ġġib l-isem Wara l-kartellun? u tistaqsi dwar ir-rwol tal-kartelluni issa u fil-futur. Minkejja l-avvanzi diġitali tas-seklu 21, il-kartelluni għadhom jintużaw biex jinfluwenzaw l-imġiba u l-alleanzi tagħna. Din it-taqsima tinkludi xogħlijiet tal-arti, għax l-arti sikwit tħeġġiġna nirriflettu dwar l-eżistenza tagħna u l-ambjent li ngħixu fih.