Back to top

Cookies

Cookies u privatezza

Skop u użu tal-cookies

Is-sit web ta' Dar l-Istorja Ewropea juża l-cookies esklussivament biex jippermetti jew isaħħaħ il-funzjonijiet, jew biex itejjeb l-esperjenza tan-navigazzjoni għall-utent. Il-Parlament fl-ebda ċirkostanza ma juża l-cookies biex jiġbor, jipproċessa, ixerred jew jirreġistra d-data personali.

X'tagħmel jekk ma tridx li cookies jiġu installati fil-kompjuter tiegħek?

Xi nies jarawha bħala ħaġa ftit jew wisq invażiva li tinħażen informazzjoni fil-kompjuter jew fit-tagħmir mobbli tagħhom, b'mod partikolari meta dik l-informazzjoni tinħażen u tintuża minn parti terza bla ma jkunu jafu. Jekk tippreferi, tista' timblokka l-cookies kollha jew xi wħud minnhom, jew saħansitra tħassar il-cookies diġà installati, iżda tajjeb tkun taf li tista' titlef xi funzjonijiet. Biex tagħmel dan, trid tbiddel il-konfigurazzjonijiet tal-privatezza tal-browser tiegħek.

Xi operaturi terzi żviluppaw għodod li, permezz tagħhom, dak li jkun ma jippermettix il-ġbir u l-użu tad-data.

Is-sit web u l-cookies ta' Dar l-Istorja Ewropea

Cookies tal-ewwel parti

has_js: Din il-cookie tintuża biex tivverifika l-istatus ta' JavaScript fil-browser tiegħek (attiv / mhux attiv). Tiskadi fi tmiem kull sessjoni.

cookies-agreed: Din il-cookie taħżen il-preferenzi tal-utent rigward il-politika dwar il-cookies. Il-valur default: cookies minn partijiet terzi jiġu rrifjutati Żmien: massimu ta' sena

AT Internet:

Is-sit tal-Parlament juża dawn il-cookies:

atidvisitor: din il-cookie tintuża għall-monitoraġġ tal-prestazzjoni tal-paġni li jżuru l-utenti tas-siti tal-Parlament fuq l-internet

idrxvr:  din il-cookie tintuża għall-monitoraġġ tat-traffiku u l-identifikazzjoni tal-problemi li jistgħu jinqalgħu waqt in-navigazzjoni fis-siti tagħna fuq l-internet

atredir: din il-cookie tintuża biex tinżamm l-informazzjoni fil-każ ta' ridirezzjoni permezz ta' JavaScript

atuserid: din il-cookie tintuża biex jiġi rreġistrat l-identifikatur anonimu ta' viżitatur fis-siti tal-Parlament fuq l-internet

Teżisti addon li tippermetti li tiġi diżattivata l-għodda AT Internet (din il-paġna mhix disponibbli bil-Malti).

Informa ruħek aħjar dwar il-politika ta' AT Internet dwar il-protezzjoni tad-data.

Cookies ta' partijiet terzi

Is-sit web ta' Dar l-Istorja Ewropea ma fih l-ebda cookie minn partijiet terzi.