Back to top

SKOPRI

Dar l-Istorja Ewropea hija post għal kulħadd. Dan il-mużew jinforma, jikkontesta, jirrifletti, iżda fuq kollox jippermettilek tistaqsi mistoqsijiet. Is-swali tal-wirjiet, it-tagħmir ta' interpretazzjoni, l-ispazji interattivi, il-programmi u l-avvenimenti huma mfassla b'tali mod li inti tkun tista' tidħol f'kull aspett tal-istorja Ewropea, fi kwalunkwe livell li tixtieq. Ir-riżorsi ta' tagħlim tal-mużew għandhom perspettiva trans-Ewropea li tesplora l-memorji storiċi, l-esperjenzi diversi u l-bażi komuni tal-popli tal-Ewropa, u l-mod kif dawn jirrelataw mal-ġurnata tal-lum.

Il-fatt li naħdmu flimkien ma' gruppi u komunitajiet differenti jirrappreżenta aspett fundamentali tal-attivitajiet tal-mużew. L-għan tagħna hu li nilħqu lil nies straordinarji kemm fil-qrib kif ukoll fil-bogħod bis-saħħa ta' żjajjar imfasslin apposta u programmi speċifiċi. Toqgħodx lura milli tibagħtilna t-talbiet speċifiċi tiegħek; aħna nagħmlu ħilitna kollha biex il-mużew tagħna nagħmluh aċċessibbli għalik.

Boy and mother visiting museum touching interactive screen

FAMILJI

Skopri x'għandu x'joffri l-mużew għall-familja tiegħek. Aħna nipprovdu programmi għal tfal ta' bejn 8 snin u 12-il sena u għal dawk li jieħdu ħsiebhom.

SENSIBILIZZAZZJONI

Ara l-proġetti tagħna għall-komunitajiet u għall-udjenzi li huma diffiċli li jintlaħqu fil-livell nazzjonali u internazzjonali.