Back to top

ŻJARAT AWTOGWIDATI

L-istudenti, l-aħjar li jitgħallmu huwa meta jiskopru xi ħaġa għal rashom. It-tim pedagoġiku ta' Dar l-Istorja Ewropea żviluppa tliet settijiet differenti ta' attivitajiet ibbażati fuq approċċ ta' mistoqsijiet. Permezz tal-mistoqsijiet ta' ġo fihom, l-istudenti jkunu jistgħu jesploraw l-istejjer u l-kontenut tal-mużew fil-fond.

Il-fuljetti bl-attivitajiet huma mfassla għal studenti minn 12 sa 18-il sena u huma disponibbli bil-Franċiż, bl-Olandiż, bl-Ingliż jew bil-Ġermaniż. Jinstabu għad-dispożizzjoni tiegħek mingħajr ħlas fid-daħla tal-Mużew. Huwa importanti li ssemmi n-numru ta' kopji kif ukoll il-lingwa li għandek bżonn meta tagħmel il-prenotazzjoni tiegħek.

"Sib, analizza & iddiskuti": dan is-sett ta' attivitajiet maħsub għall-wirja permanenti iħeġġeġ b'mod attiv lill-istudenti biex ifittxu, jinterrogaw u janalizzaw l-istorja b'mod indipendenti u fi gruppi żgħar.  In-noti ta' gwida għall-għalliema li jakkumpanjaw dan is-sett ta' attivitajiet huma disponibbli fuq it-tablet interattiv tagħna biex b'hekk ikunu jistgħu jintużaw flimkien mal-worksheets. Ikklikkja hawn biex tniżżel il-materjal!

"12-il pass biex titgħallem dwar l-UE": Għalfejn għandna bżonn nitgħallmu dwar l-Unjoni Ewropea (UE)? Għall-ġenerazzjoni tal-istudenti, x'tirrappreżenta l-UE? L-istudenti, kif jixtiequ li l-UE tkompli tiżviluppa biex tkun post aħjar? Dawn il-mistoqsijiet jinsabu fil-qalba ta' dan il-perkors, li juża dokumenti u oġġetti storiċi biex juri d-diversi stadji importanti tal-istorja tal-UE. Ikklikkja hawn biex tniżżel il-materjal!

Is-settijiet ta' attivitajiet "Sib, analizza & iddiskuti" u "12-il pass biex titgħallem dwar l-UE" huma mfassla għal żjarat tal-wirja permanenti li jdumu 90 minuta.

Iż-żjarat awtogwidati ta' Dar l-Istorja Ewropea jistgħu wkoll isiru b'mod individwali; kull student jingħata tablet biex jiskopri l-kontenut tal-Mużew b'waħda mill-24 lingwa.

Nitolbuk tipprenota bil-quddiem biex tkun ċert li tieħu kemm tista' miż-żjara tiegħek.

DAQS TAL-GRUPPI

Il-limitu massimu għall-gruppi awtogwidati f'Dar l-Istorja Ewropea huwa ta' sittin student, skont id-disponibbiltà, u jeħtieġ li jkun hemm akkumpanjatur għal kull ħmistax-il student.

Ikklikkja fuq din il-link biex tiffinalizza l-prenotazzjoni tiegħek

FITTEX FIR-RIŻORSI TAGĦNA

Ma nstab ebda riżultat li jaqbel mal-kriterji ta' tiftix tiegħek.