Back to top

MISTOQSIJIET FREKWENTI

ŻURNA

Kif nipprenota żjara għall-istudenti tiegħi?

Biex tiċċekkja d-disponibbiltà u tipprenota żjara għall-istudenti tiegħek, mur fil-paġna tagħna Ipprenota żjara.

Kif nista' nipprepara żjara għal grupp tal-iskola?

Għal tagħrif prattiku dwar żjarat għal grupp tal-iskola, mur fit-taqsima Ejja żurna: Skejjel.

M'għandix bżonn żjara gwidata; nista' nġib lill-istudenti tiegħi jew għandi xorta bżonn nipprenota ż-żjara?

Għal raġunijiet ta' saħħa u sikurezza xorta waħda jeħtieġ li tipprenota żjara permezz tal-paġna tagħna Ipprenota żjara.

X'inhu l-prezz taż-żjara tal-mużew?

Iż-żjarat f'Dar l-Istorja Ewropea huma bla ħlas.

X'inhu l-prezz ta' żjara gwidata jew sessjoni ta' ħidma?

Sakemm ma jiġix speċifikament iddikjarat mod ieħor, iż-żjarat gwidati jew sessjonijiet ta' ħidma huma kollha bla ħlas.

Teżisti mappa online ta' Dar l-Istorja Ewropea?

Iva, tista' tniżżilha fit-taqsima Skopri: Żjarat awtogwidati.

Liema riżorsi huma disponibbli biex jgħinuni nippjana ż-żjara tiegħi f'Dar l-Istorja Ewropea?

Sabiex tkun tista' tippjana aħjar it-traġitt tiegħek lejn Dar l-Istorja Ewropea, mur fit-taqsima Ejja żurna tas-sit web tagħna. Barra minn hekk, agħti daqqa t'għajn lit-taqsima Attivitajiet fil-Klassi u Materjal disponibbli għaż-żjarat. Kun ċert li żżur dawn il-paġni ta' sikwit, peress li jiġu aġġornati regolarment.

Għaliex ċerti attivitajiet u riżorsi huma offruti b'24 lingwa filwaqt li oħrajn huma offruti b'4 lingwi?

Dar l-Istorja Ewropea tqis id-diversità kbira ta' kulturi u lingwi tal-UE bħala element pożittiv. B'għeruq sodi fl-istorja Ewropea, il-multilingwiżmu huwa r-riflessjoni ta' din id-diversità kulturali u lingwistika, u jagħmel lil Dar l-Istorja Ewropea aktar aċċessibbli għal kull min iżurha. B'dan il-ħsieb, aħna għamilna kulma stajna biex dak li noffru jkun fl-24 lingwa tal-UE, u se nkomplu nagħmlu dan. Qed naħdmu biex niżguraw li fil-futur ikollna aktar riżorsi ta' tagħlim offruti bl-24 lingwa tal-UE.

Qed nara li r-riżorsi huma aktar tematiċi milli kronoloġiċi. Għaliex?

Ir-riżorsi tagħna għandhom struttura tematika aktar milli kronoloġika, b'enfasi transnazzjonali aktar milli nazzjonali, u jimxu 'l quddiem u lura minn perjodu għal ieħor. Dan jippermetti li nisiltu elementi simili kif ukoll kuntrasti. Żviluppajna speċifikament dan il-materjal edukattiv li jmur id f'id mal-kunċett tal-wirja permanenti ta' Dar l-Istorja Ewropea.

Ħejjejt xi riżorsi ta' tagħlim li lilkom u lil dawk li jżuru s-sit web tagħkom se jinteressawkom. Nista' nospita link għas-sit web ta' tagħlim tiegħi?

Is-sit web ta' Dar l-Istorja Ewropea mhux se jkun jista' jospita links għal siti web ta' tagħlim esterni.

Kif nista' nikkuntattja t-tim pedagoġiku ta' Dar l-Istorja Ewropea?