Back to top

FAMILJI

Hemm ħafna ħwejjeġ ta' divertiment u elementi interattivi li l-familji jistgħu jintilfu fihom meta jżuru Dar l-Istorja Ewropea. Permezz tar-riżorsi tagħna għall-"Vjaġġaturi fiż-żmien", iż-żgħar (u mhux huma biss) jistgħu jmorru lura flimkien fl-istorja Ewropea biex jixhdu wħud miż-żminijiet sbieħ u oħrajn koroh tas-sekli l-imgħoddija.

Malli tasal fir-reception, kulma għandek tagħmel hu li tiġbor backpack tal-familja, issib ir-rotta tal-familja, u titlaq għall-iskoperta tas-swali u l-kollezzjonijiet.

F'kull sular, issib "Spazji ta' Skoperta" għall-familji, mimlija attivitajiet interattivi u diretti li jiggwidawk biex tifhem aktar il-materjal li jkun qed jintwera f'dik il-parti tal-mużew.

Il-mużew jilqa' l-familji, b'faċilitajiet fejn il-ġenituri jistgħu jnaddfu u jbiddlu lit-trabi u b'aċċess għall-pushcairs. Nirrakkomandaw li l-età minima għall-viżitaturi tfal tkun ta' sitt snin. Il-ġenituri jistgħu jħossu li ċerti aspetti tal-wirja permanenti huma adatti biss għat-tfal li jkollhom aktar minn ħdax-il sena.

Tinsiex tiċċekkja xi jkun hemm fil-paġna "X'inhu Għaddej" għal informazzjoni dwar avvenimenti speċjali għall-familji u għat-tfal!