Back to top
Hans Christian Andersen jaqra lit-tfal tal-pittriċi
Elisabeth Jerichau Baumann (1819–1881), 1862
H. C. Andersens Hus, Odense, id-Danimarka
© Getty Images

ĦOLM

Il-kamra tas-sodda hija ddedikata għar-rakkonti u l-leġġendi li jirriflettu kuntatti li ħallew il-frott f'postijiet u żminijiet differenti. Żwiġijiet dinastiċi transfruntieri iżda wkoll konkwisti militari żvolġew rwol ewlieni fl-introduzzjoni u d-diffużjoni ta' fwejjaħ, tessuti, tekniki, stili u drawwiet ġodda fl-Ewropa.