Back to top
Mit-Tramuntana tal-Ewropa lejn l-Italja bil-ferrovija Gotthard
Lugano, l-Iżvizzera, 1898
Artist mhux magħruf
© L-Unjoni Ewropea 2016 / Dar l-Istorja Ewropea, Brussell, il-Belġju

Il-ferrovija biddlet il-pajsaġġi Ewropej permezz tal-introduzzjoni ta' mini, vjadotti u pontijiet f'postijiet mnejn qabel kien impossibbli li wieħed jgħaddi. Fl-1882 tlestiet u nfetħet il-mina ferrovjarja ta' Gotthard, b'tul ta' 15-il kilometru, li kkollegat it-Tramuntana u n-Nofsinhar tal-Ewropa. F'dak iż-żmien kienet l-itwal mina fid-dinja. Il-ferrovija ġabet magħha l-ivvjaġġar u t-turiżmu tal-massa.