Back to top
"Ir-Rivoluzzjoni tal-Qronfol"
Lisbona, il-Portugall, il-25 ta' April 1974
Eduardo Gageiro
Ritratt
Riproduzzjoni
Eduardo Gageiro, il-Portugall

Fl-1974, kolp ta' stat militari neħħa d-dittatorjat li kien qed jikkmanda fil-Portugall. Uffiċjali tal-armata b'rieda li jintroduċu riformi demokratiċi u ekonomiċi u jibdew il-proċess ta' dekolonizzazzjoni rebħu, gradwalment, l-appoġġ tal-pubbliku Portugiż. Din ir-"Rivoluzzjoni tal-Qronfol", kif saret magħrufa minħabba l-fjuri mqiegħda fl-armi tas-suldati, kienet fil-parti l-kbira paċifika, u poġġiet lill-pajjiż fit-triq lejn id-demokrazija.