Back to top
Strixxun li jindirizza l-kriżi fl-UE
Oslo, in-Norveġja, 2012
© L-Unjoni Ewropea 2016 / Dar l-Istorja Ewropea, Brussell, il-Belġju

Il-kriżi tad-dejn sovran, l-impatt tal-miżuri ta' awsterità u s-salvataġġi kontroversjali jitfgħu l-Unjoni Ewropea f'waħda mill-aktar dilemmi serji sa mill-ħolqien tagħha. Dawn il-miżuri kienu tentattivi biex tiġi salvagwardata l-Unjoni Monetarja bejn ekonomiji nazzjonali differenti ħafna minn xulxin. Il-kriżi Griega tal-2015 kważi twassal għax-xoljiment taż-żona tal-ewro.