Back to top
"Siège de la Bastille" (L-assedju tal-Bastilja)
Pariġi, Franza, 1969, fuq xogħol ta' Jean-Bertrand Andrieu (1761-1822)
Midalja mkabbra tal-bronż fondut
Monnaie de Paris, Pariġi, Franza

Ir-Rivoluzzjoni Franċiża tal-1789 irrappreżentat żvolta fl-istorja tal-Ewropa. Is-sistemi politiċi eżistenti ħadu daqqa ta' ħarta hekk kif l-ideali ta' "libertà, ugwaljanza u fraternità" nfirxu mal-kontinent kollu. L-attakk tar-rivoluzzjonarji Franċiżi fuq il-ħabs tal-Bastilja f'Pariġi fl-14 ta' Lulju 1789 sar simbolu ċelebri tar-reżistenza kontra l-ħakma korrotta u l-privileġġ aristokratiku.