Back to top
Lapida għal suldati mhux identifikati
Fuq il-front f'Soča, l-Imperu Awstro-Ungariku, 1914-1918
Konkos u barbed wire
Kobariški muzej, Kobarid, is-Slovenja

Huwa stmat li fl-Ewwel Gwerra Dinjija mietu mal-10 miljun suldat, u l-fdalijiet ta' ħafna minnhom qatt ma ġew identifikati. Dan wassal għall-kunċett, madwar l-Ewropa kollha, tas-"suldat mhux magħruf", li ta l-opportunità lin-nies biex fiċ-ċimiterji u l-monumenti pubbliċi jiftakru f'dawk li nqatlu fl-azzjoni. Wara l-gwerra, il-qtil sistematiku mingħajr sens apparenti skredita l-klassijiet tat-tmexxija. Il-pajsaġġi Ewropej, imħassra mill-gwerra, inbidlu għal dejjem; illum, il-kampijiet tal-battalja, il-fdalijiet arkeoloġiċi u l-oqbra huma xhieda ta' din il-memorja.