Back to top
Siġġu tad-dentisti mill-klinika dentali Eastman
Stokkolma, l-Iżvezja, il-ħamsinijiet tas-seklu 20
Eastmaninstitutet, Stokkolma, l-Iżvezja

Dan is-siġġu mill-klinika dentali Eastman, magħmul apposta għat-tfal, ifakkarna li l-kura tas-saħħa fl-Ewropa qabel il-gwerra kienet tiddependi ħafna mill-ġenerożità ta' donaturi privati bħan-negozjant Amerikan George Eastman. Fit-tletinijiet huwa fetaħ u ffinanzja diversi kliniċi dentali fl-Ewropa, li wara l-gwerra ġew inkorporati fis-servizzi tas-saħħa pubbliċi.