Back to top
Iċ-ċelebrazzjonijiet tar-riunifikazzjoni fil-bieb ta' Brandenburg
Gilles Leimdorfer
Berlin, il-Ġermanja, it-3 ta' Ottubru 1990
Ritratt
AFP/Getty Images

Fit-3 ta' Ottubru 1990, il-Ġermanja reġgħet saret pajjiż wieħed. L-ispinta għar-riunifikazzjoni kibret permezz tal-eżodu kontinwu ta' persuni mil-Lvant għall-Punent wara l-waqgħa tal-ħajt ta' Berlin u r-riżultati tal-elezzjoni ta' dik is-sena, li wrew li ċ-ċittadini kienu favur ir-riunifikazzjoni.  It-trattat ta' riunifikazzjoni kien miftiehem man-nazzjonijiet li okkupaw il-pajjiż wara l-gwerra: l-Istati Uniti tal-Amerka, l-Unjoni Sovjetika, Franza u l-Gran Brittanja.