Back to top
Taqsima "Xewqa ta' Normalità",
Tinker Imagineers, Utrecht,
In-Netherlands

It-Tieni Gwerra Dinjija kienet trawmatizzat profondament liż-żgħażagħ u lill-familji tagħhom. Tilfu lil persuni li ħabbew jew ġew mifruda minn xulxin filwaqt li l-infrastrutturi tal-ħajja ta' kuljum ġew meqruda. F'xenarju ta' skarsezzi u nuqqasijiet, iż-żgħażagħ baqgħu għaddejjin bil-ħajja ta' kuljum tagħhom. Ilbiesi tat-tieġ magħmula mill-ħarir tal-parachutes u kejkijiet tat-tieġ tal-kartun jissimbolizzaw it-taqbida biex jinħoloq sens ta' stabbiltà u normalità.