Back to top
Tinker Imagineers, Utrecht, In-Netherlands

Fil-perjodu wara l-gwerra, kienet għadha ma teżistix kultura speċifika taż-żgħażagħ fl-Ewropa. Madankollu, il-kulturi emerġenti taż-żgħażagħ influwenzati mill-Amerika attiraw għadd kbir ħafna ta' żgħażagħ Ewropej li xtaqu jesprimu l-individwalità tagħhom u l-oppożizzjoni tagħhom għall-konformiżmu tas-soċjetà. Tfaċċaw sottokulturi differenti kważi f'kull pajjiż: Teddy Boys u Rockers fir-Renju Unit, Blousons noirs fi Franza, Teppisti fl-Italja, Nozem fin-Netherlands, Halbstarken fil-Ġermanja, Bikinarze fil-Polonja, Jampecok fl-Ungerija, Malagambisti fir-Rumanija, Potápkas jew Páseks fiċ-Ċekoslovakkja, u Stilyagi fl-Unjoni Sovjetika.

L-awtoritajiet fil-Lvant u fil-Punent kienu allarmati minħabba ż-żieda fis-sottokulturi taż-żgħażagħ. Il-gvernijiet u l-pulizija kkunsidraw dejjem aktar lil dawn iż-żgħażagħ bħala hooligans u delinkwenti minorenni, u ppersegwitawhom minħabba l-apparenza tagħhom.