
Kutra Olandiża li tfakkar il-vittmi tal-AIDS, 1990-2014
Donazzjoni ta' Stichting NAMENproject,
Amsterdam, in-Netherlands
Donazzjoni ta' Stichting NAMENproject,
Amsterdam, in-Netherlands
Sal bidu tat-tmeninijiet, kien jidher li l-bidliet imwiegħda mir-rivoluzzjoni sesswali kienu waslu biex jitwettqu. Il-kontraċezzjoni kienet dejjem aktar disponibbli u n-nisa kisbu aktar kontroll fuq deċiżjonijiet li jaffettwaw lil ġisimhom. Iż-żgħażagħ Ewropej kien qed ikollhom relazzjonijiet sesswali aktar kmieni u qabel iż-żwieġ. Is-sess każwali kien aċċettat aktar miż-żgħażagħ, kemm mill-irġiel kif ukoll min-nisa. L-omosesswalità saret aktar viżibbli. Ir-relazzjonijiet sesswali ma baqgħux jitqiesu bħala xi ħaġa kkumplikata. Madankollu, l-AIDS biddlet b'mod radikali l-ħajjiet u l-attitudnijiet fil-konfront tas-sesswalità.