Back to top

MISTOQSIJIET FREKWENTI

Kwistjonijiet prattiċi

X'inhuma l-ħinijiet tal-ftuħ tal-mużew?

It-Tnejn 13:00 - 18:00, mit-Tlieta sal-Ġimgħa 09:00 - 18:00, is-Sibt u l-Ħadd 10:00 - 18:00

Il-mużew ikun magħluq f'dawn id-dati: l-1 ta' Jannar, l-1 ta' Mejju, l-1 ta' Novembru, l-24, il-25 u l-31 ta' Diċembru

Fejn tinsab Dar l-Istorja Ewropea?

L-indirizz tagħna huwa: Rue Belliard / Belliardstraat 135, 1000 Bruxelles / Brussel, Il-Belġju

X'inhu n-numru tat-telefon?

+32 2 283 1220

X'inhu l-indirizz postali ta' Dar l-Istorja Ewropea?

House of European History, European Parliament, Rue Wiertz 60, 1047 Brussels.

Id-dħul kemm jiswa?

Id-dħul huwa b'xejn.

Isiru kontrolli tas-sigurtà?

Iva, nitolbu lill-viżitaturi kollha jgħaddu l-basktijiet tagħhom minn skanner u jgħaddu huma stess minn kanċell tas-sigurtà. Il-viżitaturi għandu jkollhom fuqhom xi forma ta' identifikazzjoni.

Hemm xi mkien fejn nista' nħalli r-rota tiegħi?

Bħalissa m'hemmx post apposta għar-roti barra Dar l-Istorja Ewropea.

Hemm faċilitajiet għall-ipparkjar tal-karozzi?

Iva, hemm għadd limitat ta' postijiet għall-parkeġġ fil-bini tal-Atrium tal-Parlament Ewropew f'Rue Montoyer 92. Il-parkeġġ ikun miftuħ mit-Tnejn sal-Ġimgħa biss, u jrid jiġi riżervat post minn qabel billi timtela l-formola rilevanti.

Kemm tieħu żmien biex iżżur Dar l-Istorja Ewropea?

Bejn wieħed u ieħor 90 minuta.

Fil-mużew, huwa permess li l-viżitaturi jdaħħlu magħhom backpacks, fliexken tal-ilma, u oġġetti tal-ikel?

Backpacks, ikel u xorb mhumiex permessi, u għandhom jinżammu fil-kompartimenti apposta.

Il-fotografija permessa fil-mużew?

Il-fotografija mhijiex permessa fl-ispazji tal-wirja u tas-sigurtà fil-mużew.

Il-pubbliku jista' jirreġistra għal avvenimenti privati fil-mużew?

Bħalissa dan mhuwiex possibbli.

Il-materjal informattiv b'liema lingwi huwa disponibbli?

Malli jaslu, il-viżitaturi jingħataw tablet interattiv li jkun fih il-materjal b'24 lingwa, li jservihom ta' gwida tul iż-żjara, b'kontenut awdjo, testwali u vidjo għall-Wirja Permanenti. Kull tablet jista' jiġi adattat b'siltiet speċjali għall-istudenti u t-tfal, u hemm ukoll softwer ta' awdjo awmentat għal viżitaturi bi ħtiġijiet speċjali tas-smigħ. Hemm disponibbli wkoll fuljett stampat, ktieb ta' gwida (bi ħlas) u materjal intiż għall-familji.

Hemm età minima għat-tfal?

Nirrakkomandaw li l-età minima għall-viżitaturi tfal tkun ta' sitt snin. Il-ġenituri jistgħu jħossu li ċerti aspetti tal-wirja permanenti huma adatti biss għat-tfal li jkollhom aktar minn ħdax-il sena.

Faċilitajiet

Hemm faċilitajiet fejn il-ġenituri jistgħu jnaddfu u jbiddlu lit-trabi?

Dawn il-faċilitajiet jinsabu fl-ispazju tal-ilqugħ ħdejn id-daħla fil-pjan terren.

Hemm aċċess għall-pushchairs u l-prams?

Iva, fid-daħla fil-pjan terren.

X'appoġġ huwa disponibbli għall-viżitaturi b'diżabilità?

Il-faċilitajiet u l-attivitajiet kollha tagħna huma kompletament aċċessibbli għall-viżitaturi b'mobilità mnaqqsa u bi bżonnijiet speċjali, inklużi l-persuni li jużaw siġġu tar-roti. Għal viżitaturi b'nuqqas ta' smigħ, fit-tablets provduti jidhru sottotitoli jew deskrizzjonijiet miktuba tan-narrattivi tal-filmati.

Tista 'tipprovdi siġġijiet tar-roti?

Għandna żewġ siġġijiet tar-roti disponibbli għas-self - għal prenotazzjoni uża l-formola ta' kuntatt. Madankollu nirrakomandaw li l-viżitaturi jġibu s-siġġu tar-roti tagħhom magħhom, minħabba li d-domanda hija kbira.

Nista' nordna kolazzjon għal uliedi?

Iva — ikkuntattja lill-operatur tal-kafetterija permezz tal-link għall-formola ta' kuntatt.

Għandi restrizzjonijiet fid-dieta — kif nista' niċċekkja jekk l-ikel fil-kafetterija huwiex tajjeb għalija?

Is-sit web tal-kafetterija fih informazzjoni dwar ir-restrizzjonijiet tad-dieta. Għal aktar mistoqsijiet, uża l-formola ta' kuntatt.

Wara ż-żjara tiegħek

Kif nista' nikkuntattja l-uffiċċju tal-oġġetti mitlufa u misjuba tal-mużew?

Jekk jogħġbok uża l-formola ta' kuntatt biex issaqsi dwar oġġetti mitlufa.

Nista' nixtri oġġetti mill-mużew online?

Ix-xiri ta' oġġetti mill-mużew jista' jsir biss fil-post.

Kif nista' nżomm ruħi aġġornat bl-aħbarijiet tal-mużew?

L-aħħar aħbarijiet tal-mużew issibhom fit-taqsima "Taħt il-Lenti" tas-sit web tagħna, kif ukoll fuq Facebook u Twitter.

Sit web u midja soċjali

Fis-sit web hemm xi ħaġa ma taħdimx, jew sibt link li ma twassal imkien. Kif nista' ngħarraf 'il xi ħadd b'dan?

Jekk jogħġbok niżżel id-dettalji fil-formola ta' kuntatt tagħna.

Mistoqsijiet marbuta mal-edukazzjoni u t-tagħlim

Fejn nista' nsib informazzjoni dwar attivitajiet edukattivi u riżorsi ta' tagħlim f'Dar l-Istorja Ewropea?

Jekk jogħġbok ara t-taqsima speċifika "Mistoqsijiet frekwenti għall-edukaturi".

Żjarat fi gruppi

Għaliex għandi bżonn nagħmel prenotazzjoni ta' grupp għal 10 persuni jew aktar?

Din il-prenotazzjoni hija obbligatorja minħabba r-regolamenti tas-sigurtà. Mingħajrha, jista' jiġri li gruppi ta' 10 min-nies jintalbu jistennew sakemm ikun hemm biżżejjed spazju fil-mużew biex jidħlu.

Kif nista' nirċievi konferma bil-miktub tal-prenotazzjoni tal-grupp tiegħi?

Tirċievi email ta' konferma.

Kemm trid ħin għal żjara ta' grupp?

Bejn wieħed u ieħor 90 minuta.

Żjarat awdjo huma disponibbli?

Malli jaslu, il-viżitaturi jingħataw tablet interattiv li jkun fih il-materjal b'24 lingwa, li jservihom ta' gwida tul iż-żjara, b'kontenut awdjo, testwali u vidjo għall-Wirja Permanenti. Kull tablet jista' jiġi adattat b'siltiet speċjali għall-istudenti u t-tfal, u hemm ukoll softwer ta' awdjo awmentat għal viżitaturi bi ħtiġijiet speċjali tas-smigħ. M'hemm l-ebda gwida awdjo għall-Wirja Temporanja, għalkemm huma disponibbli fuljett u katalogu (bi ħlas).

L-istess organizzazzjoni tista' tipprenota diversi ħinijiet?

Nixtiequ ninfurmaw li l-istess organizzazzjoni ma tistax tipprenota diversi ħinijiet f'perjodu ta' ġimgħa waħda. Jekk tixtieq tipprenota diversi ħinijiet, jekk jogħġbok ikkuntattjana biex nikkjarifikaw il-ħtiġijiet tiegħek f'dan ir-rigward.

Wirjiet u kontenuti

X'inhuma l-opportunitajiet għar-riċerka fil-mużew?

Bħalissa m'għandniex faċilitajiet għar-riċerka. Fil-futur jista' jkun hemm opportunitajiet għar-riċerka permezz ta' sħubijiet u sessjonijiet ta' ħidma.

Kif nista' nikseb drittijiet għall-użu ta' immaġni għal ktieb, għal midja jew għal skopijiet kummerċjali oħra?

Id-dritt tal-awtur għall-maġġoranza tal-immaġnijiet jappartjeni lil partijiet esterni. Ikollok bżonn tagħmel kuntatt direttament mad-detentur tad-drittijiet tal-awtur.

Kemm iddum il-Wirja Temporanja?

Il-Wirjiet Temporanji jdumu madwar sena.

Internships

Kif nista' napplika għal internship ma' Dar l-Istorja Ewropea?