
Dar l-Istorja Ewropea hija maħsuba għall-Ewropej minn kull rokna tal-kontinent u ta' kull età u livell ta' edukazzjoni.
Tablet interattiva b'awdjo, testi u filmati dwar il-mużew u l-wirja permanenti hija disponibbli b'kull waħda mill-24 lingwa tal-UE. Il-kontenut tat-tablet jista' jiġi adattat bi spjegazzjonijiet speċjali għall-istudenti u t-tfal.
Tista' wkoll tisma' l-gwida bl-awdjo fuq l-apparat tiegħek permezz ta' Soundcloud. Il-links issibhom f'kull waħda mill-paġni tal-Wirja Permanenti fuq is-sit tagħna.
Gruppi ta' 10 persuni jew aktar jeħtieġu jibbukkjaw iż-żjara tagħhom minn qabel.
Jekk ibbukkjajt żjara għall-wirja permanenti, nitolbuk iżżur din il-parti tal-wirja biss. Minħabba miżuri ta' saħħa u sikurezza, trid tagħmel prenotazzjoni separata jekk tixtieq iżżur il-wirja temporanja wkoll. Jekk ibbukkjajt żjara għall-wirja temporanja, wara tista' żżur il-wirja permanenti wkoll.
Il-bookings għall-wirja temporanja "Throwaway – The history of a modern crisis", li tiftaħ fit-18 ta' Frar 2023, diġà jistgħu jsiru hawn taħt.
Nitolbuk ġentilment li tasal fil-ħin stabbilit għalik, biex il-miżuri kollha tas-saħħa u s-sikurezza jkunu jistgħu jiġu rispettati
------------------------
Dar l-Istorja Ewropea ngħatat il-"Brussels Health Safety Label" għall-miżuri l-ġodda implimentati fil-mużew mindu reġa' fetaħ.