Back to top

PUBBLIKAZZJONIJIET

Dar l-Istorja Ewropea għandha l-impenn li xxerred l-għarfien dwar l-istorja Ewropea u li tqanqal diskussjoni pubblika dwar il-preżenza dejjiema tal-imgħoddi fid-dinja tal-lum.

Permezz tal-pubblikazzjonijiet, il-viżitaturi jistgħu jifhmu aħjar kif jaħdem il-mużew, il-filosofija tiegħu u l-kontenut tiegħu f'sens usa'. Il-pubblikazzjonijiet iservu biex jestendu l-esperjenza tal-mużew qabel u wara żjara reali.

F'din it-taqsima, tista' tesplora l-punti bażiċi tal-Wirja Permanenti, skont l-iżviluppi ewlenin fl-istorja Ewropea. Oġġetti importanti fil-wirjiet huma spjegati permezz ta' deskrizzjonijiet dettaljati u studji akkademiċi. 

Nipprovdu wkoll firxa ta' dokumenti b'kontributi għal dibattiti u analiżi dwar temi marbuta ma' Dar l-Istorja Ewropea.

OUR PUBLICATIONS
Uri 1 - 3 ta' 9 ta' elementi
Black cover of catalogue with white objects

Rimi - L-istorja ta' kriżi moderna

Il-proġett "Rimi" jikxef l-istorja moħbija tal-iskart fl-Ewropa filwaqt li fl-istess ħin jenfasizza s-sinifikat tiegħu bħala indikatur tal-bidla soċjali. Billi jibda mir-rivoluzzjoni industrijali, il-proġett "Rimi" joħodna fuq vjaġġ li jgħaddina mill-iskarsezza ta' żmien il-gwerra u ż-żieda fil-konsumeriżmu ta' wara l-gwerra, u li jispiċċa bil-kriżi tal-iskart tal-lum li diffiċli tingħeleb. Juri l-bidliet kbar li seħħew fil-mod kif ittrattajna l-iskart fis-snin li għaddew,...Kompli aqra

Meta l-Ħitan Jitkellmu!

Mill-propaganda tal-Gwerer Dinjija u l-Gwerra Bierda sal-isplużjoni tal-iskambji kulturali, it-turiżmu u t-twelid ta' movimenti soċjali pluralisti wara t-Tieni Gwerra Dinjija, f'"When Walls Talk" (Meta l-Ħitan Jitkellmu) joħorġu livelli kumplessi ta' firda u għaqda fl-Ewropa permezz ta' għażla ta' kartelluni mill-kollezzjoni ta' Dar l-Istorja Ewropea.Kompli aqra

ARTICLES IN EXTERNAL PUBLICATIONS
Uri 1 - 3 ta' 12 ta' elementi
Book cover Hans-Gert Pottering

Kuxjenza Ewropea: Bijografija ta' Hans-Gert Pöttering

Il-bijografija komprensiva "Ein europäisches Gewissen" (Kuxjenza Ewropea) mill-awturi Michael Gehler u Marcus Gonschor, b'daħla minn Donald Tusk, tagħti attenzjoni lil dettalji żgħar, billi tipprovdi ritratt eċċellenti ta' Hans-Gert Pöttering, eks President tal-Parlament Ewropew (PE) u inizjatur tal-proġett Dar l-Istorja Ewropea.Kompli aqra

Evokazzjonijiet ta' Antikità ġewwa Dar l-Istorja Ewropea: suġġetti, oġġetti, mużeografija, mużeoloġija

X'post għandha l-Antikità ġewwa Dar l-Istorja Ewropea? Dan il-kontribut janalizza l-viżjoni tal-Antikità ppreżentata minn Dar l-Istorja Ewropea, mużew tal-istorja Ewropea stabbilit mill-Parlament Ewropew u li jinsab fi Brussell. L-awtur huwa wieħed mill-kuraturi li ħadmu fuq l-iżvilupp u l-komunikazzjoni tal-kontenut ta' dan il-mużew, sa mit-tnedija ta' dan il-proġett fl-2011.Kompli aqra