Back to top

Creating the House of European History

DAR L-ISTORJA EWROPEA
Katalogu
31 Jan 2018
Numru ta' paġni: 356

"Creating the House of European History" jagħti ħarsa lejn it-triq twila biex inħoloq dan il-mużew. F'44 artiklu, erbgħin awtur jiddeskrivu dan il-proċess ta' żvilupp affaxxinanti u kkumplikat minn angoli professjonali u personali differenti ħafna. Jirrakkontaw l-ideat u l-isfidi, l-ambizzjonijiet u d-dubji, l-ostakli u s-soluzzjonijiet.

Il-ktieb inħareġ biex jimmarka l-ewwel anniversarju mill-ftuħ ta' Dar l-Istorja Ewropea fl-okkażjoni tal-konferenza "Europe Exposed". Huwa maqsum f'ħames partijiet kif spjegat hawn taħt.

  • Bl-Ingliż biss
  • ISBN 978-98-846-1972-6
DESKRIZZJONI
  • L-ewwel parti, "Process", tirrifletti x-xogħol organizzattiv involut fil-ħolqien ta' mużew ġdid taħt l-awspiċji tal-Parlament Ewropew.
  • It-tieni parti, "Building", hija ddedikata għall-istorja tal-bini u r-restawr tiegħu.
  • It-tielet parti, "Content", hija l-aktar waħda estensiva u tippreżenta n-narrattiva tal-wirja u xi wħud mill-oġġetti ewlenin esibiti fiha.
  • Ir-raba' parti, "Production", titfa' dawl fuq ix-xogħol kreattiv kollu li sar wara l-kwinti qabel il-ftuħ tal-mużew – mid-disinn għat-traduzzjoni tat-testi b'24 lingwa.
  • Il-ħames u l-aħħar parti, "Outreach", titkellem dwar ix-xogħol preparatorju għall-komunikazzjoni, it-tagħlim fil-mużew u l-ippjanar għall-wirjiet temporanji.

Il-verżjoni sħiħa tal-ktieb tista' tinxtara mill-ħanut tal-mużew. Ixtrih online hawnhekk.