Inti u żżur il-wirja prinċipali, se tinnota li m’aħniex ngħidulek l-istorja ta’ kull nazzjon Ewropew. Minflok, nixtiquk tesplora kif l-istorja sawret sens ta’ memorja Ewropea u għadha qed tinfluwenza l-ħajja tagħna llum u fil-ġejjieni. Bħalma huwa l-każ fil-ħajja tagħna, xi affarijiet nixtiequ niftakruhom, filwaqt li ħwejjeġ oħra nixtiequ ninsewhom. U sintendi, l-istess avveniment jista’ jiġi interpretat minn perspettivi differenti.
- 24 lingwa
- ISBN 978-92-823-7510-5
M’għandniex xi ngħidu, il-perspettivi speċifiċi fuq ilġrajjiet tal-istorja huma ħafna. Din hija r-raġuni għala l-wirja tinbena fuq ċerti mistoqsijiet rikorrenti. Il-memorja kif toħloq viżjonijiet differenti tal-imgħoddi? L-istorja kif tinfluwenza ħajjitna tal-lum? L-imgħoddi x’jgħidilna aħna u nħarsu lejn il-ġejjieni? Fil-wirja m’intix se ssib risposti lesti minn qabel. Bil-kontra, inħeġġuk iżżomm dejjem attitudni kritika u tieħu sehem fid-dibattitu dwar l-imgħoddi tal-Ewropa u dwar il-konsegwenzi tiegħu għall-preżent u għall-ġejjieni.
Il-verżjoni sħiħa tal-ktieb tista' tinxtara mill-ħanut tal-mużew. Ixtri online minn hawn.