Il-bijografija komprensiva "Ein europäisches Gewissen" (Kuxjenza Ewropea) mill-awturi Michael Gehler u Marcus Gonschor, b'daħla minn Donald Tusk, tagħti attenzjoni lil dettalji żgħar, billi tipprovdi ritratt eċċellenti ta' Hans-Gert Pöttering, eks President tal-Parlament Ewropew (PE) u inizjatur tal-proġett Dar l-Istorja Ewropea.
Il-bijografija tal-istoriċi Michael Gehler u Marcus Gonschor ġiet ippubblikata għall-ewwel darba bil-Ġermaniż bit-titlu Ein Europäisches Gewissen fl-2020 u issa hija disponibbli għall-ewwel darba bl-Ingliż f'din it-traduzzjoni minn Sebastian Schnorrenberg. Awtorevoli fil-mod li bih jiġbor l-evidenza u meqjus fil-ġudizzji tiegħu, il-ktieb tagħhom jitfa' ħafna dawl mhux biss fuq il-"ħajja Ewropea" ta' Hans-Gert Pöttering iżda wkoll fuq ħafna mill-episodji politiċi kruċjali tal-epoka. Il-ktieb jevidenzja bil-qawwa l-verità tal-ġudizzju ta' Jean-Claude Juncker li: "Dak li jiddistingwi lil Hans-Gert Pöttering huwa li l-Ewropa għalih minn dejjem kienet kwistjoni ta' konvinzjoni u qatt ta' kalkolu politiku... mindu ġie elett għall-ewwel darba fil-Parlament Ewropew huwa qatt ma waqqaf ħidmietu biex il-ħolma Ewropea ssir realtà."
Estratt mill-ktieb, dwar kif inħoloq id-Dar tal-Istorja Ewropea, huwa disponibbli għall-wiri hawn, bl-Ingliż.