Mill-propaganda tal-Gwerer Dinjija u l-Gwerra Bierda sal-isplużjoni tal-iskambji kulturali, it-turiżmu u t-twelid ta' movimenti soċjali pluralisti wara t-Tieni Gwerra Dinjija, f'"When Walls Talk" (Meta l-Ħitan Jitkellmu) joħorġu livelli kumplessi ta' firda u għaqda fl-Ewropa permezz ta' għażla ta' kartelluni mill-kollezzjoni ta' Dar l-Istorja Ewropea.
Il-kartellun illustrat twieled fl-Ewropa lejn l-aħħar tas-seklu 19. Huwa riflessjoni ta' dinja dejjem aktar kummerċjalizzata u, aktar tard, ideoloġiji politiċi kunfliġġenti. Il-kartelluni huma effimeri, prodotti għal mument speċifiku, iżda ħafna elementi huma riċiklati u għandhom riżonanza fil-memorja kulturali tal-lum. Mill-propaganda tal-Gwerer Dinjija u l-Gwerra Bierda sal-isplużjoni tal-iskambji kulturali, it-turiżmu u t-twelid ta' movimenti soċjali pluralisti wara t-Tieni Gwerra Dinjija, joħorġu livelli kumplessi ta' firda u għaqda fl-Ewropa permezz ta' għażla ta' kartelluni mill-kollezzjoni ta' Dar l-Istorja Ewropea. Dawn jirriflettu l-iżvilupp u t-trasformazzjoni tal-isfera pubblika fil-bliet Ewropej.
Il-katalgu fih it-taqsimiet li ġejjin:
- L-Ewropa u l-kartelluni: storja viżiva
- Taqlib u għaqda
- Ostakli u konnessjonijiet
- Attiviżmu u protesti
- Wara l-kartellun?
- Il-ħitan jistgħu jitkellmu? Tagħlim u sensibilizzazzjoni
Il-verżjoni sħiħa tal-ktieb tista' tinxtara mill-ħanut tal-mużew.
Bl-Ingliż biss
ISBN 978-92-846-8797-8