Back to top

Rimi - L-istorja ta' kriżi moderna

Christine Dupont, Stéphanie Gonçalves & Emma Teworte
Gwida tal-wirja
19 Jan 2023
Numru ta' paġni: 256

Il-proġett "Rimi" jikxef l-istorja moħbija tal-iskart fl-Ewropa filwaqt li fl-istess ħin jenfasizza s-sinifikat tiegħu bħala indikatur tal-bidla soċjali. Billi jibda mir-rivoluzzjoni industrijali, il-proġett "Rimi" joħodna fuq vjaġġ li jgħaddina mill-iskarsezza ta' żmien il-gwerra u ż-żieda fil-konsumeriżmu ta' wara l-gwerra, u li jispiċċa bil-kriżi tal-iskart tal-lum li diffiċli tingħeleb. Juri l-bidliet kbar li seħħew fil-mod kif ittrattajna l-iskart fis-snin li għaddew, u l-mod kif naħsbu (jew ma naħsbux) dwar l-iskart. Meta wieħed iħares lejn il-passat, il-kritika attwali u s-sejħiet urġenti għal bidla jagħmilhom rilevanti u sinifikanti.

DESKRIZZJONI

Il-verżjoni sħiħa tal-ktieb tista' tinxtara mill-ħanut tal-mużew. (Bl-Ingliż biss)

Kif nistgħu nirrakkontaw l-istorja tal-iskart mingħajr ma l-ewwel nifhmu s-sitwazzjoni tal-lum? Kif nistgħu nitkellmu dwar l-iskart mingħajr ma nitkellmu dwar in-nies li jittrattawha? Kif nistgħu noħolqu wirja dwar l-iskart mingħajr ma nikkonsultaw lil min hu verament espert?

Il-komunitajiet inkarigati mill-ġestjoni u t-tnaqqis tal-iskart fi Brussell fetħu l-bibien tagħhom għalina u qasmu l-għarfien tagħhom.

ISBN 978-92-846-9638-3